anzjana – One News

Notifiki

Anzjana ta’ 86 sena tmut waqt li kienet pożittiva għall-COVID-19

Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li għadu kemm ġie infurmat li anzjana ta’ 86 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

Hija ġie kkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-18 ta’ Awwissu u bdiet tingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei minn dak in-nhar.

Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Anzjana fil-periklu tal-mewt kawża ta’ nirien f’darha f’Raħal Ġdid

Anzjana ta’ 63 sena minn Raħal Ġdid tinsab fil-periklu tal-mewt wara li sofriet xi ħruq kawża ta’ nirien f’darha.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-tlieta u għaxra fi Triq Ninu Cremona f’Raħal Ġdid.

Fuq il-post kien hemm membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien kif ukoll it-tim mediku fejn ħadu lill-anzjana l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Aktar tard l-anzjana ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

B’rabta ma dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat C. Farruġia fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.

Ma nstabx ħati li qatel anzjana

Wayne Grima ħareġ illiberat mill-Qorti tal-Appell wara li kien mixli bil-qtil involontarju ta’ Vinċenza Ellul.
L-anzjana kienet ġarrbet ġrieħi f’rasha u mietet 18-il ġurnata wara li ntlaqtet minn vann li kien qed isuq Grima waqt li kienet qed taqsam it-triq. Aqra aktar

ARA: Ta’ 106 snin tirrakkonta l-passat daqslikieku kien ilbieraħ

Ġużeppa Sant… imwielda f’San Ġiljan u hija l-akbar minn fost ħdax-il wild. Ta’ 14-il sena, ommha ħarġitha mill-iskola biex tgħin lill-familja minkejja li Ġużeppa, dak iż-żmien xbejba, kien għad għandha l-għatx għall-istudju.

Tliet xhur qabel ma żżewġet lir-raġel li kienet iltaqgħet miegħu wara li niżel lura Malta mill-Awstralja, spiċċa bla xogħol. Determinata li ma tmurx l-Awstralja kif xtaq dak iż-żmien l-għarus tagħha, Ġużeppa ħarġet taħdem ta’ tmienja u erbgħin sena u minn hemm bdiet it-triq tagħha bħala imprenditriċi. Aqra aktar

Anzjana l-isptar wara li ntlaqgħet minn karozza fil-Ħamrun

Anzjana ta’ 80 sena mill-Ħamrun ittieħdet l-isptar wara li waqgħet minn fuq bankina u riżultat ta’ dan ntlaqgħet minn karozza tal-għamla Honda Fit li kienet misjuqa minn raġel ta’ 27 sena mill-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu fi Triq Duka ta’ Edinburgh. Aqra aktar

Send this to a friend