Anzjan investigat dwar abbuż ta’ tifla fl-Imsida

Il-pulizija qed tinvestiga każ fejn qed ikun allegat li anzjan ta’ 76 sena abbuża minn tifla ta’ għaxar snin ta’ nazzjonalità barranija.

Tagħrif li għandu one.com.mt jgħid li l-każ seħħ fl-Imsida fl-aħħar sigħat u jinvestigawh hemm l-Ispetturi John Spiteri u Jonathan Ransley.

Mhux eskluż li l-anzjan jitressaq il-qorti fi tmiem din il-ġimgħa.

Anzjan isofri ġrieħi gravi

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-għaxra u nofs, seħħ inċident stradali fi Triq il-Baltiku, San Ġiljan.

Raġel ta’ 78 sena residenti l-Belt Valletta safa’ milqut minn mutur tat-tip Yamaha Crypton li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 29 sena li joqgħod iż-Żurrieq.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 78 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura.  Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq tal-mutur ma sofra l-ebda ġrieħi.

 

 

Meħlus l-allegat ħalliel tal-ġiżirajjen

Raġel ta’ 52 sena akkużat il wettaq tliet serqiet u wara ħarab minn fuq il-post ingħata l-libertà minħabba nuqqas ta’ provi. Joseph Xuereb kien mixli li ħataf ġiżrajjen minn għonq tliet nisa anzjani, ta’ 80, 82 u 78 sena, f’Settembru 2012. Kien akkużat li wara li seraq dawn il-ġiżrajjen, ħarab jiġri minn fuq il-post bil-karozza.

Kien akkużat ukoll li kien reċediv u li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja mgħotija lilu taħt ċirkostanzi oħra.

 

“Jgħiduli, ‘m’għandekx kwiet!'”

Charlie Debono kien wieħed mill-finalisti għall-premju Anzjan tas-Sena.

Meta ltqajna miegħu indunajna għaliex dejjem jgħidulu li m’għandux kwiet. Moħħu dejjem iberren kif se jkun utli. Wara 45 sena jieħu imexxi ħanut tax-xorb, Charlie llum jgħix f’dar residenzjali l-Mosta.

Jgħidilna x’jagħmel matul il-jum u x’kien jagħmel fil-passat. Beda jaħdem meta kellu 14-il sena, fil-ħanut flimkien ma’ missieru. Ta’ 17-il sena missieru marad, u allura baqa’ jieħu ħsieb Charlie minflok.

Meta ġie biex jirtira, inqalalu inċident ikrah ħafna li ħallieh rikoverat l-isptar. Spiċċa’ saħansitra ma kellux post fejn jgħix, tant li kellu jmur għand oħtu u wara għand bintu l-Italja.

“Il-ħniena t’Alla hija kbira wisq” wieġeb Charlie, meta mitlub jgħdilna għaliex qatt ma qata’ qalbu.

Segwi l-istorja tiegħu hawn.

Aqra aktar

Anzjan mhux ħati li ħaqar kelb

Peter Bonavia, anzjan ta’ 67 sena, ma nstabx ħati li ħaqar kelb. Il-każ imur lura għal-Lulju tal-2015 waqt il-festa ta’ Santa Venera, meta l-anzjan kien akkużat li ġiegħel annimal isofri uġigħ u tbatija.

Aqra aktar

“Kien raġel kwiet u jħobb jgħin”

Hekk kien deskritt Frans Bonello, l-anzjan ta’ 77 sena li tilef ħajtu fi splużjoni li seħħet f’residenza privata fi Triq it-Troll, l-Imqabba.

Joseph Sciberras li kien ġar tiegħu spjegalna kif dalgħodu nħasad bl-aħbar li Frans wara aktar minn għaxart’ijiem f’battalja bejn ħajja u mewt, tilef ħajtu.

Il-kaz seħħ kmieni nhar l-10 t’Awwissu .X’aktarx il-kawza tal-inċident kien leak ta’ gas.Mar-raġel kien hemm ukoll martu ta’ 71 li sofriet ġrieħi ħfief.

Fl-aħħar jiem bħala ġest ta’ solidarjeta’ l-kappillan tal-Imqabba għamel ġabra speċjali waqt il-quddies sabiex jgħin lill-familja wara dan l-inċident sfortunat.

Aqra aktar

Send this to a friend