Anzjan bi ġrieħi gravi wara li nqabad bejn żewġ vetturi

Anzjan ta’ 64 sena residenti l-Kalkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident fi Triq tal-Barrani, ż-Żejtun fl-akwati ta’ Bir id-Deheb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li vettura tat-tip Subaru Forester misjuqa minn raġel ta’ 46 sena li joqgħod Ħal Ghaxaq, kellha impatt ma’ vettura ipparkjata, bil-konsegwenza li din tal-aħħar imxiet u raġel ta’ 64 sena residenti l-Kalkara safa’ maqbud bejnha u bejn karozza oħra li kienet ipparkjata quddiema.

Aqra aktar

X’sar s’issa għall-ġid tal-anzjani Maltin u Għawdxin

Tul dawn l-erba’ snin, Gvern Laburista wettaq ħafna għall-ġid tal-anzjani Maltin u Għawdxin. Hekk kif illum kienu  preżentati l-proposti tal-Partit Laburista għall-erba’ snin li ġejjin jekk ikun fil-Gvern, ingħatat ħarsa lejn li sar s’issa.

Fost l-iktar punti sinnifikanti huwa li qed tkun implimentata l-istrateġija dwar l-anzjanità attiva. Punt ieħor li għamel differenza kien il-ftuh ta’ ċentri ġodda għall-anzjani f’Santa Luċija, Raħal Ġdid, is-Swieqi, u dalwaq se jiftaħ ieħor fil-Birgu. Dan minbarra li nfetaħ ċentru tal-Università tat-terza età fil-Kottonera u fil-Mosta.

Kien implimentat il-proġett Carer at Home fejn il-familja tagħżel carer kwalifikata u l-Gvern iħallas sa massimu ta’ €5,200 fis-sena.

Aqra aktar

Anzjan iweġġa’ ġravi fuq il-post tax-xogħol f’Għawdex

Anzjan ta’ 68 sena residenti Xagħra, Għawdex sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat permezz ta’ xi  makkinarju fuq il-post tax-xogħol f’Għajnsielem

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-17:00 ta’ wara nofsinhar ġewwa barriera fit-Triq il-Qala, Għajnsielem.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Aqra aktar

L-anzjan li mar kontra dak li qaltlu martu

Jimmy, anzjan ta’ 85 sena minn Puerto Rico li minkejja li martu ma tħobbx il-qtates mar kontra dak li qaltlu u xorta waħda rabba qattusa u l-frieħ li kellha twelled.

Dan kien il-messaġġ li tellgħet in-neputija ta’ dan l-anzjan fejn kitbet “Nannuwi minn dejjem kien iħoss li għandu jgħin lill-qtates ta’ barra u għalekk kien iħalli l-ikel tal-qtates fuq wara tad-dar, post fejn nanti ma kinitx tersaq,” qalet hekk in-neputija tiegħu Syl.

Aqra aktar

Send this to a friend