Ikkonfermata sentenza ħabs għal anzjan ta’ 70 sena li abbuża sesswalment minn żewġ subien vulnerabbli

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza ta’ tliet snin ħabs li ngħatat lil John Zammit f’Awwissu li għadda, wara li dan instab ħati li abbuża sesswalment lil żewġ subien. Jidher li l-abbuż sar biex l-anzjan, li għandu 70 sena, jagħti x’jieklu lit-tfal jew jagħtihom xi flus f’numru ta’ okkażżjonijiet. Dawn seħħew qabel Frar li għadda.Aqra aktar

“Id-destin ried li llum, il-baħar jieħu lilu”- l-anzjan li tilef ħajtu fiż-Żurrieq kien salva persuna mill-għarqa sentejn ilu

L-anzjan li tilef ħajtu traġikament f’Wied iż-Żurrieq huwa Rokku Bonnici, sajjied ta’ 85 sena miż-Żurrieq stess li f’Ġunju li għadda kien rikonoxxut b’ġieħ iż-Żurrieq, wara li anqas minn sentejn ilu salva persuna mill-għarqa.

“Id-destin ried li llum, il-baħar jieħu lilu”, qal is-Sindku taż-Żurrieq, Natius Farrugia, meta f’messaġġ fuq il-midja soċjali sellem il-memorja tas-sajjied qalbieni.  Aqra aktar

Se jiżguraw li ssir ġustizzja mal-anzjan li ġie msawwat fuq karozza tal-linja

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis għamlu kuntatt mal-anzjan li allegatament ġie aggredit iktar kmieni din il-ġimgħa waqt li kien qiegħed fuq tal-linja mal-mara tiegħu.

Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari assiguraw lill-anzjan li Transport Malta qed tiżgura li l-operatur tas-servizz qed jikkolabora mal-pulizija sabiex jiġu stabbiliti l-fatti ta’ dan l-inċident u jiġi żgurat li kemm-il darba huwa l-każ, issir il-ġustizzja.Aqra aktar

Isawtu anzjan għami fuq tal-linja wara li martu talbithom biex iċedulu l-post

“Jien mingħalija li ommi u missieri huma f’post sikur fuq il-karozza tal-linja, u minflok, ġara dan l-inċident”. Stqarret hekk bint anzjan li l-bieraħ safa’ aggredit fuq it-trasport pubbliku minn koppja żagħżugħa li rrifjutat li ċċedilu s-siġġu ta’ persuni b’diżabilità fuq il-karozza tal-linja.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Marouska Mizzi, bint il-vittma, spjegat kif missierha huwa għami u jkollu bżonn ipoġġi fuq is-siġġu tal-persuni b’diżabilità biex ikun sikur.Aqra aktar

Send this to a friend