Anzjan ta’ 78 sena jittajjar minn karozza f’Birkirkara

Anzjan ta’ 78 sena minn Birkirkara qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:45 tat-Tlieta filgħazija fi Triq il-Qasab, Birkirkara. Jidher li l-anzjan ittajjar minn karozza tat-tip Honda Fit, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 42 sena minn Birkirkara wkoll.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata lkura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċetifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Anzjan bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija

Raġel ta’ 69 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ karozzi f’Ħal Lija f’Jum il-Milied.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-09:30 fi Triq il-Mosta, Ħal Lija, meta karozza tat-tip BMW misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena minn Birkirkara ħabtet ma’ BMW oħra misjuqa mill-vittma, li jgħix Ħal Lija.

Minnufih issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Anzjan iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Qormi

Anzjan ta’ 70 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Qormi il-Ħadd waranofsinhar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi Triq il-Ħlas, Ħal Qormi, meta l-anzjan, li jgħix Ħaż-Żebbuġ, intlaqat minn karozza tat-tip Toyota Hilux misjuqa minn raġel ta’ 33 sena, residenti Ħal Qormi.Aqra aktar

Imut l-isptar wara li kien attakkat f’daru stess

Veteran tat-Tieni Gwerra Dinjija ta’ 98 sena miet fi sptar f’Londra wara li ġimgħat ilu kien attakkat f’daru stess.

Peter Gouldstone, li kien jgħix waħdu fin-naħa ta’ fuq ta’ Londra, instab b’diversi feriti u ġerħa f’rasu wara li kien attakkat f’daru waqt serqa minn grupp ta’ ġuvintur. Jidher li dawn ħallew ħerba fid-dar tal-anzjan, u serqu s-sett tat-televiżjoni tiegħu.Aqra aktar

Send this to a friend