annimali – Page 8 – One News

Notifiki

Jinstabu l-ħnieżer fil-Qrendi

Aġġornata: Il-Kunsill Lokali tal-Qrendi jixtieq jirringrazzja lill-ħaddiema tal-VPRD mill-Biċċerija kif ukoll lill-ħaddiema tal-Animal Welfare għall-għajnuna tagħhom sabiex setgħu jinqabdu erbat iħnieżer li kienu qegħdin jiġru f’żewġ żoni differenti fil-Qrendi.

Aqra aktar

FILMAT: Il-pika tispiċċa f’rapporti foloz dwar moħqrija ta’ annimali – 1,100 rapport kull sena

Ta’ kull sena jsiru elf u mitt rapport ta’ moħqrija fuq annimali lid-dipartiment għall-ħarsien tal-annimali.

Iżda, sebgħin fil-mija minnhom ikunu kwistjonijiet ta’ pika bejn ġirien jew qraba u l-uffiċjali tad-Dipartiment jissejħu għalxejn.

Dan żvelah Dennis Sciberras, Koordinatur tad-Dipartiment għall-ħarsien tal-annimali waqt il-programm One News Breakfast. Qal li kif huma bosta drabi fejn isibu sitwazzjoni differenti minn dak irrapportat.

Aqra aktar

Klieb u qtates jistgħu jżuru pazjenti u anzjani fl-isptar

Il-pazjenti fl-isptar ta’ Lombardija u l-anzjani li jgħixu f’djar għall-anzjani se jkunu jistgħu jgawdu mill-kumpanija tal-annimali tagħhom hekk kif bħala waħda mir-regolamenti li ġew introdotti biex l-annimali domestiċi jiġu protetti u ma jispiċċawx bla saqaf fuq rashom, tippermetti li klieb u qtates jistgħu jżuru pazjenti u anzjani.

Aqra aktar

Fekruna ċkejkna salvata fl-ewwel tas-sena

Fekruna żgħira, ilbieraħ ġiet salvata mill-bajja tar-Rinella wara li belgħet xlief.

ONE.COM.MT tkellem ma’ Vincent Attard li huwa l-kap eżekuttiv ta’ Nature Trust Malta fejn spjegalna li l-fekruna tkun inqabdet minn sunnara u meta s-sajjied jaqta’ x-xlief, il-fekruna tibilgħu u għalhekk jgħaddi mill-imsaren tagħha u jibqa’ mweħħel.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Imut il-kelb li ġie salvat minn fuq il-blat

12:11: Sfortunatament ftit tal-ħin ilu, Mark Aquilina ħabbar f’kumment taħt il-filmat li wara li għamel kuntatt mal-Isptar tal-Annimali hu ġie infurmat li l-kelb miet kawża tal-ġieħi li ġarrab.

Aquilina qal li jinsab vera ddispjaċut li d-destin tal-kelb kellu jkun hekk, dan wara li huma għamlu dak kollu li setgħu biex isalvawlu ħajtu.

Aktar Qabel: Illum minflok qbadna l-ħut salvajna kelb. Hekk qal Mark Aquilina fuq is-sit soċjali Facebook, li flimkien ma sieħbu Philjohn Azzopardi lbieraħ salvaw kelb ferut li kien maqbud fuq il-blat taħt l-irdum.

Aquilina qal li waqt li kienu sejrin jaqbdu l-ħut lemħu kelb li aktarx waqa’ jew xi ħadd wadbu mill-irdum għal isfel, maqbud uq il-blat.
Hu sostna li għall-ewwel kienet vera diffiċli biex jersqu ħdejn il-kelb minħabba l-blat u l-baħar imqalleb, iżda bix-xogħol siewi ta’ bejn żewġt iħbieb irnexxielhom isalvawlu ħajtu.

Ir-raġel qal li l-kelb kellu ġrieħi gravi u minn hemm ħaduh dritt lejn l-isptar tal-annimali fejn il-veterinarju qalilhom li l-kelb jinsab fi stat ħażin ta’ saħħa.

 

Send this to a friend