annimali – Page 7 – One News

Notifiki

Tal-ħamiem jgħidu li se jispiċċaw il-Qorti mal-Awtorità tal-Ippjanar

NISKOPRU L-ISPORTS TAL-ĦAMIEM U NISTAQSU DWAR IT-TGERGIR TAL-ĠIRIEN

Ġieli l-lofts tal-ħamiem jittellgħu fuq il-bjut (ġieli anki ta’ blokki ta’ appartamenti) b’mod li jkerrhu l-ambjent. Fost oħrajn stħarriġna kemm huma permessi dawn il-lofts u kemm suppost li dak li jkun iżomm ħamiem fihom.

Sibna li hemm fehma differenti bejn il-verżjoni uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar u r-rappreżentant tad-dilettanti tal-ħamiem meta mistoqsija dwar x’jirregola l-gallinari tal-ħamiem, magħrufa wkoll bħala pigeon loft.

Filwaqt li l-kelliem tal-Awtorità jispjega kif tiddeċiedi l-istess entità, il-President tal-Federazzjoni tal-Ħamiem tat-Tiġrija jgħid mod ieħor u saħansitra jargumenta li l-Federazzjoni daqs tazza ilma tispiċċa l-Qorti mal-Awtorità tal-Ippjanar.

“Il-MEPA m’għandha x’taqsam xejn mal-pigeon racing. Il-MEPA tirregola strutturi. Mela jekk jien, fid-dar tiegħi għandi struttura illegali, tista’ tkellimni, iżda fil-MEPA m’hemm l-ebda policy li tirregola pigeon loft. Jiġifieri xi darba, mal-MEPA se nispiċċaw il-Qorti, għax m’hemm l-ebda policy,” jgħid Farrugia.

Aqra aktar

FILMAT: Se jirtiraw bla nkwiet

Ftit tal-jiem ilu ħarġet l-aħbar li daħlet fis-seħħ liġi li tgħid li l-klieb tas-servizz ma jistgħux jitraqqdu.

Liġi li mmarkat bħala regola darba għal dejjem prassi li diġa kienet teżisti fil-korp tal-pulizija u li issa trid tkun estiża għall-korpi dixxiplinati kollha. Abraham Abela żar il-Kavallerija tal-Korp tal-Pulizija.

Aqra aktar

Jinstabu l-ħnieżer fil-Qrendi

Aġġornata: Il-Kunsill Lokali tal-Qrendi jixtieq jirringrazzja lill-ħaddiema tal-VPRD mill-Biċċerija kif ukoll lill-ħaddiema tal-Animal Welfare għall-għajnuna tagħhom sabiex setgħu jinqabdu erbat iħnieżer li kienu qegħdin jiġru f’żewġ żoni differenti fil-Qrendi.

Aqra aktar

Send this to a friend