Notifiki

FILMAT: Dawra biż-żiemel tintemm b’għajjat ta’ terrur!

Kien żiemel tat-tiġrija rtirat bl-isem ta’ Shamrock. Il-każ seħħ l-Ingilterra. Sid iż-żiemel ried jieħdu għal dawra, mingħalih għadda żmienu u ma jiflaħx jiġri wisq. Min kellu jgħidlu li kien se jipperikola ħajtu!

Hekkk ġralu ċertu Nick Bull, meta ż-żiemel ried jerġa’ jgħix il-mumenti glorjużi tiegħu, f’mument xejn mistenni.

Ir-reazzjoni ta’ Bull meta jintebaħ li jinsab fil-periklu wasslet biex dan il-filmat sar viral. Fil-filmat jinstema’ jgħajjat bil-biża’ waqt id-dawra li m’hu se jinsa qatt.

Aqra aktar

Is-suċċessi ta’ Luca u Żara

Luca Taliana ġie lura din il-ġimgħa minn Melbourne, fl-Awstralja, fejn temm b’suċċess kors ta’ sentejn, f’isem il-Fondazzjoni Maltija Klieb Gwida (MGDF) għand Guide Dogs Victoria, fejn ħa il-kwalifika ta’ Istruttur tal-Klieb Gwida u fil-Mobbiltà, kif ukoll Speċjalista fl-Orjentament u l-Mobbiltà.

Waħda minn numru ta klieb li Luca ħarreġ, Żara, ġiet lura ukoll fuq titjira separata din il-ġimgħa u ser jinstab xi ħadd li għandu bżonn kelba gwida biex ikun is-sieħeb ġdid tagħha.

Waqt li kien Melbourne, Luca kien ospitat mill Kunsill tal-Komunità Maltija fl-Awstralja.

Aqra aktar

Marbut għal 24 siegħa kuljum…każ ieħor ta’ abbuż fuq kelb

Fl-aħħar xhur one.com.mt, ta vuċi lil numru ta’ annimali li sfaw abbużati mill-bniedem, iżda sal-lum il-ġurnata għadna qed naraw każijiet ta’ klieb, qtates u annimali oħra li jispiċċaw suġġett għall-abbuż. L-Assoċjazzjoni għall-annimali abbandunati (AAA) sabet kelb ieħor fi stat ta’ negliġenza, kelb li kien qed jinżamm marbut għal 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa.

Aqra aktar

Il-kelb li nstab abbużat ġie adottat!

Il-kelb li kien fuq fomm kulħadd issa jinsab imfejjaq u sab familja li żgur se tkun qed ittih ħajja isbaħ. Dan il-kelb tar-razza boxer safa vittma ta’ abbuż u saħanistra nstabulu fdalijiet taċ-ċomb f’rasu. Dan il-kelb kien maħqur mill-bniedem, saħansitra qatawlu denbu u użaw imqass jew makkinarju biex jaqtgħulu widnejh.

Aqra aktar

Operazzjonijiet ġodda fl-isptar tal-annimali

Il-faċilità tal-isptar tal-annimali l-ġdid qed tagħti l-opportunità biex isiru interventi kirurġiċi fosthom tal-kataretti.

Dawn qabel ma kinux isiru f’pajjiżna u sidien ta’ klieb jew qtates kien ikollhom imorru barra mill-pajjiż bi spejjeż tagħhom.

One News iltaqa’ mal-oftalmologu, Beppe Visigalli li fl-aħħar ta’ Jannar għamel l-ewwel żewġ interventi tal-kataretti f’pajjiżna fuq żewġt iklieb.

Huwa faħħar l-isptar tal-annimali; pass importanti li qed jittieħed bil-għan li jkun hawn aktar kura aċċessibbli għall-annimali f’pajjiżna.

Aqra aktar

Send this to a friend