annimali – Page 5 – One News

Notifiki

Il-liġi dwar ‘hit and run’ tapplika hawn ukoll

Xi ħadd kiteb fuq forum soċjali li jekk hemm min qed ifittex qattus li ħarablu fl-inħawi ta’ Marsaxlokk, jista’ jkun ittajjar minn vettura li ma waqfitx. Il-qattus tħalla f’nofs ta’ triq bżonn l-għajnuna, li ssejħet minn nies oħra.

Il-qattus miet fit-triq.

Aqra aktar

Għaliex in-naħal qed jitħawwad?

Il-Malta Beekeepers’ Association ingħaqdet ma’ kampanja Ewropea mmirata biex issalva n-naħal.

Dan fid-dawl li fis-suq qed jinbigħu pestiċidi li qed jeqirdu mhux biss lill-insett, imma anki lill-ambjent u lis-saħħa tal-bniedem.

Mario Sant mill-Malta Beekepers’ Association spjega għalfejn in-naħal qed ikun diżorjentat.

Aqra aktar

Għax il-gwerra tasal għall-annimali wkoll

L-unika annimali li għad fadal ħajjin f’zoo f’Mosul ġew salvati minn kundizzjonijiet ħżiena ħafna li kienu jinsabu fihom. Il-belt fl-Iraq tinsab mifnija bil-gwerra li għaddejja bħalissa. Simba l-iljun u Lula l-ors instabu abbadunati fiz-zoo privat fi Frar li għadda. Kienu għadhom fil-gaġeġ tagħhom, mimlija ħmieġ tagħhom stess u trab. L-organizazzjoni Four Paws International salvathom u nhar it-Tnejn ħadithom għal ħajja aħjar fil-Jordan. Sadinittant, sitt xhur ta’ ġlied qalil wassal biex ħafna persuni ċivili tiflu ħajjithom u eluf ħarbu minn djarhom. Tibqa l-ġlieda biex militanti tal-Istat Iżlamiku jħallu Mosul.

Aqra aktar

Baqar joħorġu għal passejn fit-toroq Maltin

Filmat li qed idur online juri xena li jingħad seħħet f’Ħal Tarxien.

Aktarx li anke dawn il-baqar riedju jgawdu mit-temp perfett li qed ikollna dan l-aħħar. Ħasra li huma u jerħulha għal għonq it-triq, ħammġu ftit mhux ħażin. Kienet xena pjuttost mhux tas-soltu.

Aqra aktar

Iqatta’ sigħat twal isuq biex jagħti l-ilma lil annimali bil-għatx

Patrick Mwalau, bidwi ta’ 41 sena li bħalissa qiegħed voluntier fil-Park Nazzjonali fil-Kenja, isuq madwar 44 mil biex iwassal 3,000 litru f’ilma għal aktar minn tliet darbiet kuljum.

Patrick iddeċieda li ried jgħin wara li sar jaf bil-problema  serja ta’ nixfa li ħakmet il-Kenja, u kien ixxukkjat bl-effetti li din il-problema tħalli fuq l-annimali.

Aqra aktar

“L-annimali selvaġġi mhux posthom fiċ-ċirkli”

Ilbieraħ, il-konferenza “L-użu ta’ Annimali Selvaġġi fiċ-Ċirkli: Wasal Żmien ta’ Bidla”,  ko-ospitat fil-Parlament Ewropew mill-MPE Marlene Mizzi, l-Intergroup fuq il-Benessere u l-Konservazzjoni tal-Annimali u l-Eurogroup for Animals, bagħtu messaġġ ċar lill-UE: l-appoġġ tal-pubbliku għall-użu ta’ annimali selvaġġi fi spettakli taċ-ċirku ilu li għeb u l-Kummissjoni Ewropea trid taġixxi biex twaqqaf dan id-divertiment mhux etiku u li m’għadux validu fl-Istati Membri kollha mingħajr eċċezzjonijiet.

Aqra aktar

FILMAT: Dawra biż-żiemel tintemm b’għajjat ta’ terrur!

Kien żiemel tat-tiġrija rtirat bl-isem ta’ Shamrock. Il-każ seħħ l-Ingilterra. Sid iż-żiemel ried jieħdu għal dawra, mingħalih għadda żmienu u ma jiflaħx jiġri wisq. Min kellu jgħidlu li kien se jipperikola ħajtu!

Hekkk ġralu ċertu Nick Bull, meta ż-żiemel ried jerġa’ jgħix il-mumenti glorjużi tiegħu, f’mument xejn mistenni.

Ir-reazzjoni ta’ Bull meta jintebaħ li jinsab fil-periklu wasslet biex dan il-filmat sar viral. Fil-filmat jinstema’ jgħajjat bil-biża’ waqt id-dawra li m’hu se jinsa qatt.

Aqra aktar

Send this to a friend