Notifiki

“Daqshekk użajna ġlud tal-annimali eżotiċi għall-kollezzjoni tagħna”- id-ditta tal-moda Chanel

Id-ditta popolari tal-moda, Chanel, se twaqqaf l-użu tal-ġlud tal-annimali eżotiċi għall-ħwejjeġ u l-aċċessorji fil-kollezzjonijiet tagħha. Id-ditta qalet li trid tagħmael dan biex iżżomm standards etiċi, iżda wkoll għax ċediet għall-pressjoni ta’ diversi kampanji dwar id-drittijiet tal-annimali.

Aqra aktar

Qanfud jispiċċa vittma ta’ plastik mormi barra

Hekk kif madwar id-dinja għaddejja kampanja sħiħa dwar il-ħsara li jikkawża l-plastik, messaġġ xokkanti fuq il-midja soċjali dalgħodu niggeż lil ħafna. Jidher li persuna jew persuni li għal xi mumenti tpaxxew b’ġelat, ma kkawżaw xejn ħlief ħsara lil qanfud li pprova jistkenn fil-plastik li ntrema’ barra. Dan spiċċa b’rasu maqbuda fil-plastik mingħajr ebda mod kif joħroġ minnha.Aqra aktar

Iċċelebrat il-jum iddedikat għall-ħarsien tal-annimali – inawgurati faċilitajiet oħrajn fis-sezzjoni tal-Animal Welfare f’Għawdex

Bħal-lum tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Franġisk il-patrun tal-annimali, u għalhekk tiġi ċċelebrata wkoll ġurnata ddedikata għall-ħarsien tal-annimali. Sabiex jitfakkar dan il-jum, il-Ministeru għal Għawdex iddedika nofstanhar ta’ attivitajiet immirati għat-tfal tal-iskola bil-għan li tkompli tiżdied l-attenzjoni lejn il-ħarsien tal-annimali.Aqra aktar

€80,000 f’servizzi veterinarji b’xejn

Il-Gvern se jipprovdi servizzi veterinarji b’xejn lill-għaqdiet volontarji li huma attivi f’dan il-qasam tal-annimali. B’hekk qed titwettaq wegħda elettorali oħra, li ghaliha ġew allokati €80,000.

Waqt it-tnedija tal-miżura, is-Segretarju Parlamentari Għall-Annimali Clint Camilleri qal li li l-ħdax il-għaqda tal-annimali se jingħataw €40 għal kull kelb jew qattus, u €160 għal kull żiemel li qed jieħdu ħsieb. Dan flimkien mas-servizz tal-Isptar tal-anniamli f’Ta’ Qali għal operazzjonijiet aktar kumplessi.Aqra aktar

Ħarsien xieraq lill-annimali

Ta’ dari kienu jgħidu li Santa Marija f’nofs Awwissu, u kulħadd jieħu li jmissu.

U hekk se jieħdu dawk l-annimali domestiċi li se jaqsmu l-fliegu mal-familji tagħhom fil-ġimgħa ta’ Santa Marija.

Dan hekk kif għat-tieni sena konsekuttiva, is-sezzjoni tal-ħarsien tal-annimali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex nediet l-inizjattiva magħrufa bħala Pet Friendly Holiday.Aqra aktar

Ebda moħqrija fuq id-debba involuta f’inċident f’Tal-Pietà

Investigazzjoni li saret fuq id-debba li waqgħet fit-triq is-Sibt li għadda, wera li din ma kinitx maħqura minn sidha u li tinsab fi stat tajjeb ta’ saħħa. Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali investiga l-każ wara li sidha ġie identifikat, u saret spezzjoni minn uffiċjali tal-Animal Welfare u Veterinarju fejn sar eżami mediku fuq id-debba kif ukoll ġew spezzjonati l-istalel tas-sid.Aqra aktar

Send this to a friend