Rwol ġdid għal Anġlu Farrugia

L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia inħatar President tan-Nazzjonijiet Żgħar tal-Commonwealth, li tinkludi l-pajjiżi li għandhom popolazzjoni ta’ anqas minn nofs miljun persuna.

Farrugia ser idum jokkupa din il-kariga għat-tliet snin li ġejjin.

Isma’ r-reazzjoni tiegħu hawn.

Aqra aktar

“Arroganza u disprament politiku minn naħa ta’ Simon Busuttil” – Owen Bonnici

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali qal li llum assistejna għal att ieħor ta’ arroganza u  disprament politiku min-naħa ta’ Simon Busuttil u d-deputati tiegħu. Osserva li  għal darb’oħra, meta istituzzjoni ma tatix raġun lill-Partit Nazzjonalista, dawn jifexxew jattakkaw l-istituzzjonijiet.

Owen Bonnici tkellem waqt konferenza tal-aħbarijiet, ftit wara li l-Partit Nazzjonalista qal li r-ruling tal-ispeaker fejn sab lid-deputat Jason Azzopardi ħati ta’ ksur ta’ privileġġ “hu msejjes fuq konsiderazzjonijiet altament illoġiċi” u kompla jisfidah billi ressaq mozzjoni fil-Parlament.

Il-Ministru qal li “qisek għandek logħba football, għax player jagħmel foul fil-kaxxa u jingħata penalty kontrih, idur fuq ir-referee u jaqbad jinsulentah”.

Żied jgħid li Jason Azzopardi huwa eżatt bħal player arroganti, u għax l-iSpeaker ta ruling studjat u elaborat fejn qal ċar u tond li għandu jirtika l-kliem inġust li qal fil-konfront tal-Ministru, issa għamel mozzjoni ta’ sfiduċja fir-ruling u l-iSpeaker innifsu.

Aqra aktar

Dibattitu dwar il-kobor tal-Parlament

Tibqa’ fuq fomm ħafna s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta’ nhar il-Ġimgħa.

Din id-darba d-diskussjoni tmur lil hinn mill-impatt immedjat tas-sentenza iżda fuq il-ġejjieni u l-konsegwenzi li jista’ jkollha sentenza bħal din.

Aqra aktar

340 Pulizija jibbenefikaw minn revizjoni fil-ħinijiet tax-xiftijiet

Madwar 340 Pulizija qed jibbenefika minn revizjoni fil-ħinijiet tax-xiftijiet, fuq talba tagħhom stess. Dan stqarru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela waqt il-bidu taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Pulizija fil-komunità biex jiġi mmarkat il-202 sena mit-twaqqif tal-Korp.

Waqt il-ftuħ ta’ l-ewwel wirja li saret fil-Parlament fuq l-istorja tal-Korp tal-Pulizija, il-Ministru ħabbar li fl-aħħar ġimgħat inbeda proġett li fl-ewwel fażi tiegħu ġab fis-seħħ tibdil f’numru xiftijiet ta’ diversi taqsimiet tal-Pulizija.

Ġew introdotti ħinijiet ta’ xiftijiet aktar flessibli, li joffru mistrieħ adegwat u l-possibilità li l-membri jqattgħu aktar ħin mal-familja tagħhom. Diversi membri tal-Korp, bis-sehem tal-Unions, ressqu talbiet biex il-korp jikkunsidra d-diffikultajiet li diversi membri u l-familji tagħhom kienu għaddejin minnhom minħabba ħinijiet ta’ xiftijiet mhux vantaġġjużi.

Aqra aktar

Send this to a friend