Marlene Farrugia ma tirtirax il-kelma ġbejna

Il-membri parlamentari Marlene Farrugia qalet lill-iSpeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia li ma kinitx se tirtira l-kelma ġbejna li biha indirizzat lis-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri l-bieraħ fil-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp.

Meta mitluba mill-iSpeaker biex tirtira l-kelma għax ma kienx lingwaġġ parlamentari, Marlene Farrugia qalet li fil-kuntest li qalitha kienet l-aktar kelma idonja u ma kinitx se tirtiraha. L-iSpeaker qal li allura se jieħu passi ulterjuri.

Il-kumitat kien qed jiddiskuti talba ta’ Godfrey Farrugia u Marlene Farrugia għal diskussjoni dwar il-proposta għall-estenzjoni taż-żona industrijali ta’ Bulebel.

Mill-ġdid fin-nofs tal-kamra

Anġlu Farrugia, se jerġa’ jkun il-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Fl-aħħar leġiżlatura daħal b’ruħu u b’ġismu għal dan l-irwol u jekk wieħed jista’ jkun kritiku tiegħu f’ċerti aspetti żgur ħadd ma jista’ jgħid li ma ħax dan l-irwol bis-serjetà. Fil-bidu ta’ leġiżlatura ġdida l-gazzetta KullĦadd tkellmet miegħu dwar dak li nkiseb fl-aħħar ħames snin u dak li rridu għal li ġej.

Fl-aħħar leġiżlatura int kont l-ewwel speaker full time wara ħafna snin. Hekk beħsiebek terġa’ tkun fiż-żmien li ġej?

Għall-ewwel domanda nista’ nwieġeb mal-ewwel; Iva, jien kont l-ewwel Speaker full-time minn l-Indipendenza ’l hawn matul it-12-il Leġiżlatura, li jien ippresedejt bejn l-2013 u l-2017, preċiżament sal-1 ta’ Mejju 2017 meta l-Parlament ġie xolt. Ċertament se nerġa’ nkun Speaker full-time għat-13-il leġiżlatura wkoll.

Aqra aktar

Anglu Farrugia kkonfermat Speaker

Id-Deputati kollha Parlamentari eletti vvotaw favur n-nomina tal-Gvern biex Anglu Farrugia jkun l-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti għal din il-leġiżlatura.

Farrugia se jkun l-ispeaker għal dan it-tlettax-il Parlament Malti. Hu l-ħmistax-il persuna li mill-Indipendenza ta’ Malta hu l-iSpeaker tal-Kamra.

L-artist u għalliem Mellieħi George Fenech imfakkar fil-Parlament

 L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia, inawgura Wirja Artistika b’Tifkira lil George Fenech – artist u għalliem mill-Mellieħa, li għex bejn l-1926 u l-2011.

Il-wirja tiġbor xogħlijiet artistiċi kemm ta’ George Fenech innifsu, kif ukoll ta’ xi whud mill-istudenti tiegħu li nissel fihom imħabba lejn l-arti.

George Fenech jitqies bħala fost l-esponenti ewlenin tal-arti f’Malta ta’ żmienna.  Din il-wirja kienet possibbli bis-sehem u kollaborazzjoni tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Aqra aktar

Tat-Times imgiddba

B’referenza għall-artiklu ntitolat “Speaker to spend €10,000 on official cufflinks” minn Ivan Camilleri li deher f’The Times, illum, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia ħareġ stqarrija bi spjegazzjoni u jispjega realtà li l-artiklu tat-Times jinjora.

Aqra aktar

Leġionella fil-Parlament

It-traċċi nstabu ftit wara l-Milied, fil-latrini tat-tielet sular, wara testijiet rutina. Konsegwenza t’hekk, partijiet mill-binja tal-Palarment fil-Belt Valletta kellhom ikunu iżolati.

Aqra aktar

Send this to a friend