Notifiki

Espert Kostituzzjonali jwiddeb lil Hyzler u jgħid li r-ruling tal-Ispeaker kien skont il-liġi

L-espert tal-liġi, il-Professur Ian Refalo qal li l-Ispeaker għamel sew u skont il-liġi, li ta ruling fuq proċess parlamentari li fih waqqaf lill-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, milli jinvestiga każ li għadu sub-judice fil-Qorti.

L-Ispeaker ippubblika l-parir li ngħata mill-espert Kostituzzjonali fejn f’ittra, Ian Refalo widdeb lil Hyzler li ħareġ jgħid li dak li ddeċieda l-Ispeaker kien żbaljat.

Il-każ huwa dwar meta erba’ ġurnalisti kienu allegaw li tliet persuni żammewhom kontra l-volontà tagħhom f’Kastilja fis-sigħat bikrin tad-29 ta’ Novembru tal-2019.

F’dan il-każ, il-Qorti ma kinitx sabet lil dawn it-tliet persuni ħatja, u lliberathom minn kull akkuża.Aqra aktar

F’sena l-Parlament iltaqa’ 94 darba u ġew mgħoddija 39 liġi

L-Ispeaker tal-kamra tar-rappreżentanti, Anġlu Farrugia, stqarr li l-Parlament Malti jista’ jiffunzjona b’mod li huwa ta’ eżempju għas-soċjetà.

Qal dan f’messaġġ fl-okkażjoni tas-Sette Giugno fejn stqarr li tul il-pandemija tal-Covid-19 li laqtet lid-dinja, il-parlament Malti baqa’ jiffunzjona. Aqra aktar

Send this to a friend