ana gomes – One News

Gomes imgiddba minn kollega

L-MEP Portugiża Ana Gomes kienet mwissija biex tkun fattwali għax inkella ttellef il-kredibbiltà tal-Parlament Ewropew.

Dan f’laqgħa ta’ Kumitat Parlamentari aktar kmieni llum, li matulu reġgħet fetħitilha kontra Malta, bl-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola tindika li taqbel magħha.    Aqra aktar

Ana Gomes ma titkellimx f’isem il-grupp tas-Soċjalisti

Il-viċi chairperson tal-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi Ewropew Fajon qalet li l-membru parlamentari Ewropew Ana Gomes ma titkellimx għall-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej.

Hija kienet qed tirreaġixxi għall-kummenti li għaddiet Gomes dwar il-Prim Ministru Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Keith Schembri u dwar is-sitwazzjoni f’Malta.

Hija qalet li riedet tagħmilha ċara li Gomes ma titkellimx f’isem il-Grupp tas-Soċjalisti. Qalet li bħal f’kull qasam ieħor, se jkunu qegħdin jgħarblu l-allegazzjonijiet u l-akkużi li nġiebu quddiemhom.

Madankollu sostniet li d-deċiżjonijiet tagħhom jieħduhom skont bażi ta’ evidenza ċara li trid titressaq quddiemhom.

 

Send this to a friend