L-elezzjoni spjegata

Elezzjoni li kull erba’ snin tiġġenera interess dinji anki għaliex min jiġi elett ma jinħatarx biss President iżda jkun il-Kap Kmandant tal-aktar armata qawwija fid-dinja.

L-Amerka hija magħmula minn ħamsin stat u l-elezzjoni Presidenzjali hi meqjusa bħala waħda indiretta.

Iżda xi jfisser dan?

Aqra aktar

Isejħilha ‘xitan’!

Il-kandidat Republikan Donald Trump sejjeħ lil Hillary Clinton ‘xitan’. Meta tkellem waqt dimostrazzjoni f’Pennsylvania, Trump attakka lil Bernie Sanders għax jemmen li ċeda għal Clinton fil-ġirja bejn id-Demokratiċi.

“Għamel patt max-xitan” qal Trump “she’s the devil”.

Aqra aktar

L-ewwel mara li aċċettat in-nomina tad-Demokratiċi

Il-kandidata għall-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti Hillary Clinton qalet lill-votanti li dan huwa mument li wieħed jippremja jew jikkundanna azzjonijiet passati. Dan qalitu f’Philadephia, fejn saret l-ewwel mara fl-istorja li aċċettat nomina minn partit ewlieni, dak Demokratiku.

Forzi b’saħħithom qed jipprovaw jifirduna, qalet Clinton, filwaqt li kkundannat lill-kandidat f’isem ir-Repubblikani Donald Trump, għax temmen li qed jiżra l-firda.

Aqra aktar

Ried joqtol lil Donald Trump

Żagħżugħ Ingliż li prova jaħtaf pistola ta’ Pulizija waqt dimostrazzjoni f’Las Vegas qal li ried jispara lejn Donald Trump.

Michael Steven Sandford għandu għoxrin sena u deher quddiem il-Qorti ta’ Nevada, fejn qed jinżamm fil-kustodja tal-Pulizja sakemm jinstema’ l-każ fil-bidu ta’ Lulju.

Aqra aktar

Obama f’Hiroshima

Il-President Amerikan Barack Obama wasal Hiroshima u u b’hekk sar l-ewwel President Amerikan li żar il-belt Ġappuniża mindu seħħ il-bumbardament nukleari fl-1945.

Huwa qal li mhux se jkun qed jitlob apoloġija għal dak li ġara, iżda se jkun qed jonora dawk li mietu fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Aqra aktar

Trump lest jiltaqa’ ma’ Kim Jong-Un

Il-kandidat Amerikan għall-elezzjoni presidenjali Donald Trump qal li huwa lest jiltaqa’ mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq, biex jiddiskuti l-programm nukleari ta’ Pyongyang.

“M’għandix problema nkellmu” qal Trump dwar Kim Jong-un.

Jekk verament issir laqgħa ta’ dan it-tip, tkun tfisser bidla sħiħa fil-politika Amerikana fil-konfront tar-reġim iżolat tal-Korea ta’ Fuq.

Il-kandidata għad-Demokratiċi Hillary Clinton maqdret dik li sejħitlu ‘faxxinu stramb’ li Trump għandu lejn nies b’saħħithom madwar id-dinja.

Cruz jirtira, Clinton titlef bi żbrixx

Fox News iħabbar li s-Senatur Ted Cruz irtira mit-tellieqa għan-nomina tal-Partit Republikan għall-elezzjoni presidenzjali Amerikana wara li tilef bil-kbir kontra Donald Trump fil-primarja ta’ Indiana. Cruz, li aktar kmieni għajjar lil Trump ġiddieb u li mhux kapaċi jkun president, qal lill-partitarji tiegħu li l-votanti għażlu triq oħra. Għad-Demokratiċi, Hillary Clinton u Bernie Sanders kienu jinsabu ras imb’ras, sakemm Clinton tilfet bi żbrixx.

Send this to a friend