Notifiki

Filmat fl-Amerka: Pulizija joqtol ġuvnott ta’ 13-il sena

Il-Pulizija ta’ Chicago xandret filmat ta’ pulizija jispara u joqtol ġuvnott ta’ tlettax-il sena.

Il-każ seħħ fid-29 ta’ Marzu li għadda.

Filmat meħud mill-uffiċjal tal-pulizija juri lill-ġuvnott, li iktar tard ġie identifikat bħala Adam Toledo, jidher jiftaħ idejh bħal ma ordnalu l-pulizija bil-Pulizija jinstema’ jgħajjat biex ineħħi l-arma minn idu.

Biss l-arma ma kinitx f’idu hekk kif intwera proprju fil-filmat bil-ġuvnott jidher b’idu miftuħa mingħajr ebda oġġett f’idu. Aqra aktar

Send this to a friend