ambulanza – One News

AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Mara ta’ 38 sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f’Ħal Luqa

Mara ta’ tmienja u tletin sena minn Ħal Qormi tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjret minn karozza f’Ħal Luqa. L-inċiden seħħ għall-ħabta tan-nofs siegħa tas-Sibt warafnosinhar fi Triq San Vinċenz, Ħal Luqa, meta l-mara ntlaqtet minn karozza tat-tip Toyota Starlet li dak il-ħin kienet qed tinstaq minn raġel ta’ sebgħa u erbgħin sena mis-Siġġiewi.

Aqra aktar

Raġel ferut gravi wara li ttajjar minn karozza f’Ħal Lija

Raġel ta’ 36 sena minn San Pawl il-Baħar spiċċa fertu gravi wara li ntalaqt minn karozza f’Ħal Lija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:15pm tal-Ħamis fi Triq il-Mosta, Ħal Lija, meta r-raġel intlaqat minn karozza tat-tip BMW Z4 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena minn San Ġwann.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

AĠĠORNAT: Tfajla ta’ 23 sena tmut wara inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid

Tfajla Ġermaniża ta’ 23 sena tilfet ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident bil-mutur f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 pm tas-Sibt fi Vjal Santa Luċija Raħal Ġdid.

Minn informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon jidher li ġuvni li kien qed isuq il-mutur tat-tip Yamaha tilef il-kontroll tiegħu minħabba xi żrar u ġebel li kien hemm fit-triq, bil-konsegwenza li l-ġuvni u tfajla li kienet passiġġiera miegħu waqgħu minn fuqu. F’dak il-ħin, trakk li kien qed jinstaq minn Taljan ta’ 43 laqat lit-tfajla, bil-konsegwenza li nqabdet taħtu.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei iżda sfortunatament it-tfajla ġiet ċċertifikata mejta fuq il-post. Hu mifhum li t-tfajla u l-ġuvni kienu ilhom għal dawn l-aħħar xhur joħorġu flimkien.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja bl-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Raħal Ġdid .

Ritratti: Trischia Falzon