Notifiki

Imut l-Ambaxxatur Victor J.Gauci

Tħabbret il-mewt tal-Ambaxxatur Victor J. Gauci, li kien wieħed mill-pijunieri tas-servizz diplomatiku ta’ pajjiżna. Il-kisbiet tas-Sur Gauci tul il-karriera tiegħu, inizjalment bħala uffiċjal pubbliku, kienu kruċjali f’ħafna mill-istadji li huma attribwiti lid-diplomazija Maltija.Aqra aktar

Special Olympics Malta jwassluh għal ambaxxatur

Beda jitħarreġ fl-atletika sentejn ilu. Id-diffikultajiet tal-ħajja għaraf idawwarhom f’opportunitajiet. Dan hu Gilmour Borg li huwa l-ewwel Ambaxxatur Globali għal Siga – Alleanza Globali tal-Isport Integrità.

Ilu għal dawn l-aħħar sentejn jitħarreġ fl-atletika fi ħdan Special Olympics Malta. Sport li permezz tiegħu Gilmour Borg irrappreżenta lil pajjiżna barra minn Malta f’avvenitmenti sportivi.

Aqra aktar

Tal-ambaxxata Amerikana f’Tokyo b’mossi verament mhux tas-soltu – trid tara biex temmen

Dan huwa każ ta’ politiċi li vera daħlu fl-ispirtu tal-Milied – forsi xi ftit iżżejjed!

Ħaddiema tal-ambaxxata Amerikana f’Tokyo nġabru biex jagħtu wirja tal-hekk imsejjħa Koi Dance, ċioe żifna tal-imħabba. Din hija żifna li kisbet popolarità kbira għaliex żifnuha waqt programm televiżiv Ġappuniż segwit immens.

Dik li tidher fil-bidu u fir-ritratt ta’ fuq hija Carolyn Bouvier-Kennedy, l-ambaxxatriċi Amerikana għall-Ġappun u bint l-eks President Amerikan John F. Kennedy. Dawk li hemm jiżfnu magħha huma wħud mill-ogħla uffiċjali.

Ftit mumenti biss wara li tela’ online, dan il-filmat kellu aktar minn 2.8 miljun persuna li ratu.

Aqra aktar

Tiri sparati quddiem l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Ankara ftit sigħat wara l-qtil tal-Ambaxxatur Russu

Il-Pulizija għadhom kif arrestaw raġel b’relazzjoni ma’ tiri li ġew sparati quddiem l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Ankara, ftit sigħat wara li l-Ambaxxatur Russu għat-Turkija nqatel.

Sorsi qalu li r-raġel ħareġ arma li kienet moħbija fil-ġakketta u spara madwar tmien tiri fl-ajru. Hu twaqqaf mill-gwardji tas-sigurtà tal-Ambaxxata stess.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Aqra aktar

Send this to a friend