Alfred Sant – Page 5 – One News

Notifiki

“Ħafna mill-miri tal-U.E. għall-2020 baqgħu fuq il-karta”-Alfred Sant

L-UE fi kwistjonijiet importanti, bħall-indirizzar tal-kriżi tal-immigrazzjoni, il-koeżjoni soċjali u ekonomika u l-iżbilanċi soċjali, l-UE ma kinitx deċiża f’dawn l-aħħar ħames snin. Ħafna mill-miri tal-Istrateġija Ewropea-2020 baqgħu fuq il-karta. Dan qalu Alfred Sant b’reazzjoni għad-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istat tal-Unjoni fil-Plenarja ta’ Strasburgu. Aqra aktar

L-investigazzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar Malta kienu ippreġudikati għall-aħħar – Alfred Sant

Alfred Sant illum fil-Parlament Ewropew ta’ Strasburgu qal li l-aġir politiċizzat ta’ kif il-Parlament Ewropew jinvestiga kwistjonijiet ta’ governanza ixejjen il-kredibilita` u l-leġittimita` tal-investigazzjonijiet ta’ din ix-xorta. Dr Sant qal li investigazzjonijiet simili għal ta’ Malta kienu ippreġudikati għall-aħħar u l-NGOs Maltin kienu magħżula b’mod pariġġjan u minn sfera waħda.

Aqra aktar

Proposti ta’ Alfred Sant dwar intrapriżi żgħar approvati mill-Parlament Ewropew

 

Il-Plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu approvat ir-rapport dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal sistema komuni ta’ VAT fir-rigward ta’ skemi speċjali għall-intrapriżi ż-żgħar. Il-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON) f’Lulju kien adotta l-emendi li ppropona Alfred Sant lill-abbozz tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-iskema speċjali ta’ eżenzjoni tal-VAT għall-intrapriżi ż-żgħar madwar l-UE. L-Iskema taġġorna arranġamenti diġa` eżistenti li bihom l-SMEs huma eżentati minn ċerti obbligazzjonijiet ta’ VAT li huma amministrattivament diffiċli għalihom. Testendi wkoll is-sistema tal-eżenzjoni għal intrapriżi żgħar li jibdew jesportaw.

Aqra aktar

“Jekk l-Oppożizzjoni ma jkollhiex koerenza, ikollna problema ta’ Governanza Demokratika fil-pajjiż”- Alfred Sant

Jekk l-Oppożizzjoni ma jkollhiex koerenza, ikollna problema ta’ governanza demokratika fil-pajjiż. Il-Gvern għandu bżonn Oppożizzjoni li tikkritikah b’mod koerenti waqt li tippreżenta l-alternattivi tagħha, qal il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant fuq SMASH TV.

“Illum għandna problema għax għandna Oppożizzjoni dgħajfa u maqsuma għal raġunijiet evidenti. Il-PN jinħass demoralizzat u mhux koerenti ma’ dak li jgħid. Dik tinkwetani ħafna lili. Jekk inħarsu lejn l-istorja ta’ Malta mill-Indipendenza ’l hawn, il-PN – anke jekk ma kontx taqbel miegħu – kien koerenti fi żmien Borg Olivier u fi żmien Fenech Adami.” Aqra aktar

“L-U.E. għandha kriżi istituzzjonali dwar l-immigrazzjoni”- Alfred Sant

L-Unjoni Ewropea għandha kriżi istituzzjonali għax la għandha politika komuni u lanqas risposta komuni dwar l-immigrazzjoni. Ma hemmx qbil mill-istati membri tal-UE dwar proposti fuq il-kontroll tal-fruntieri, m’hemmx qbil fuq proposti dwar il-qsim tal-piżijiet tal-immigranti fost l-istati membri tal-UE u ma hemmx qbil dwar politika komuni tal-UE f’dan il-qasam.

Dan qalu Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew fil-programm ta’ Emmy Bezzina ‘Il-Parlament tal-Poplu’ fuq SMASH TV.

 “Effettivament din hi problema Ewropea. Illum l-ewwel nippruvaw ma nħalluhomx jibdew il-vjaġġ bil-baħar u mbagħad nippruvaw insalvawhom meta jkunu se jegħrqu. Imbagħad tlieta, erba’ jew ħames stati membri tal-UE jippruvaw iqassmuhom bejniethom, skont id-daqs tal-grupp. Imma dan mhux isir bl-istrutturi tal-UE.”Aqra aktar

“L-Ewropa m’għandhiex rieda u viżjoni biex timplimenta pjan dwar l-immigrazzjoni”- Alfred Sant

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal lill-aġenzija EURONEWS li l-Ewropa m’għandhiex rieda u viżjoni biex timplimenta pjan dwar l-immigrazzjoni.

“Hemm ħafna proposti sbieħ, proposti tekniċi tajba li mbagħad jibqgħu fuq il-karta,” qal Alfred Sant meta ntalab jikkummenta fuq l-iżviluppi riċenti fuq l-immigrazzjoni wara li l-Kummissjoni Ewropea ma laqgħetx talba mill-Italja biex tissospendi l-kontribuzzjonijiet għall-Budget Ewropew tas-sena d-dieħla, jekk Brussell ma ssolvix il-kwistjoni dwar l-immigranti li jinsabu maqbuda fuq il-vapur Diciotti fil-Port ta’ Catania.Aqra aktar

Il-fabbrikazzjoni tal-Egrant maħsuba biex tkisser l-integrità tal-Prim Ministru- L-MEP Alfred Sant

Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alfred Sant qal li l-mistoqsija etika dwar il-fabbrikazzjoni tal-Egrant tibqa’ kif wieħed jista’ jiġġustifika kampanja ta’ malafama kontra l-Prim Ministru u l-mara tiegħu fuq l-iskala li ġiet addottata, meta fi kwalunkwe każ l-evidenza kienet sa mill-bidu nett nieqsa mis-sustanza. L-allegazzjonijiet qawwija saru biex jimminaw għal kollox l-integrità tal-Prim Ministru u martu, barra milli jesponu lilhom u lil familthom għad-disprezz ġenerali. L-allegazzjonijiet irriżultaw ibbażati fuq l-ebda evidenza, anzi in parti fuq “provi” falsifikati.

Sant qal li s-saga tal-Egrant li għadha tidwi, qajmet għadd ta’ mistoqsijiet ta’ ordni etiku, politiku u legali li jintilfu fis-saħna tal-argumenti mqanqla bejn talanqas tliet naħat. Aqra aktar

ECON se taddotta proposti ta’ Alfred Sant dwar intrapriżi żgħar f’ekonomiji żgħar

Il-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew (ECON) adotta bosta miżuri proposti mill-MEP Alfred Sant u li emendaw il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-VAT Exemption Scheme – L-Iskema tal-Eżenzjoni tal-VAT għall-intrapriżi żgħar fl-Unjoni Ewropea kollha. L-iskema taġġorna l-arranġamenti eżistenti għall-intrapriżi żgħar u medji għall-eżenzjoni tagħhom minn ċertu obbligi ta’ VAT li amministrattivament huma ta’ piż għalihom. Is-sistema teżenta wkoll lil SMEs li jibdew jesportaw.Aqra aktar

Simon Busuttil mażżra m’għonq il-PN – Alfred Sant

Simon Busuttil missu ireżenja immedjatament wara r-Rapport tal-Maġistrat Aaron Bugeja, iżda l-Partit Laburista jaqbillu jekk Busuttil ma jirreżenja għax dan huwa mażżra mal-PN. Dan qalu Alfred Sant dalgħodu fil-programm ‘Sibt il-Punt’ ma’ Manwel Micallef fuq ONE Radio. Alfred Sant  reġa’saħaaq li David Casa għandu jirreżenja mill-Parlament Ewropew. Casa mar Ateni fil-fondi tal-Parlament Ewropew biex jixhed favur Maria Efimova biex din ma tintbagħatx lura Malta.

Aqra aktar

Send this to a friend