alex saliba – One News

Notifiki

“Huwa importanti li naraw li l-lingwa Maltija ma tkunx biss lingwa rikonoxxuta fuq il-karta, imma tibqa’ lingwa ħajja” – Alex Agius Saliba

“Huwa importanti li naraw li l-lingwa Maltija ma tkunx biss lingwa rikonoxxuta fuq il karta, imma tibqa’ lingwa ħajja.” Qal dan il-kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Alex Agius Saliba f’messaġġ fuq il-mezzi tal-midja socjali.

Aqra aktar

“Simon Busuttil għadu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista” – Alex Saliba

“Huwa ċar daqs il-kristall li l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista kien u għadu Simon Busuttil. Dawn l-aħħar jumejn urew is-saħħa li għad għandu fil-PN Busuttil u l-qasma ċarissima li teżisti fil-Partit. Il-klikka ta’ Simon Busuttil u l-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista għaldarboħra reġgħet waqatilhom il-maskla u wrew xi jsarfu – attakk sfrenat kontra pajjiżhom. Qed jipprovaw ikissru lil pajjiżna billi jkomplu jikkordinaw l-attakki ppjantati u sistematiċi flimkien mal-MEPs barranin. Ir-rabja tal-Prim Ministru Joseph Muscat u d-Deputati tal-Partit Laburista hija riflessjoni tar-rabja li l-poplu għandu lejn Simon Busuttil u l-Partit Nazzjonalista għall-attakk fuq is-suċċess li jgawdu l-gżejjer Maltin. Huwa għalhekk li l-Partit Laburista huwa l-unika Partit li verament irid il-ġid għal Malta u Għawdex”. Dan qalu il-kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Alex Saliba. Aqra aktar

Attivitajiet tal-massa għaż-żgħażagħ

Tmiem din il-ġimgħa u l-bidu tal-ġimgħa d-dieħla se jfissru żewġ attivitajiet tal-massa għaż-żgħażagħ bħala parti mill-kampanja elettorali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.

Imħeġġa mir-rispons li qed jagħtu ż-żgħażagħ bħala parti mill-kampanja NEXT 5, il-membri tal-Forum Żgħażagħ Laburista qed jorganizzaw bil-kbir.

L-ewwel avveniement huwa dak ta’ nhar is-Sibt fil-Gianpula. Party kbir għaż-żgħażagħ fejn mhux se tonqos il-preżenza tal-Prim Ministru.

Aqra aktar

“Baġit li se jkun qed isolvi waħda mill-ikbar problemi ta’ studenti Universitarji” – Il-President tal-FŻL

Iż-żgħażagħ u l-baġit, ilbieraħ tħabbru numru ta’ miżuri li se jkunu qed jolqtu direttament liż-żgħażagħ. ONE News tkellem dwar dawn il-miżuri mal-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Dr Alex Saliba, li fi kliemu fisser kif dan il-budget se jkompli jagħti kwalitá ta’ ħajja aħjar liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin permezz ta’ diversi inizjattivi.
Aqra aktar

Send this to a friend