alex agius saliba – One News

Notifiki

Il-MPE Alex Agius Saliba maħtur President tal-Forum dwar is-Saħħa tas-Smigħ tal-Unjoni Ewropea

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba nħatar President tal-Forum dwar is-Saħħa tas-Smigħ tal-Unjoni Ewropea. Waqt li ppresieda l-ewwel laqgħa tal-Forum mal-partijiet interessati ewlenin mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-pazjenti, il-komunità xjentifika u medika u kif ukoll mill-industrija, il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista enfasizza dwar l-importanza li l-Unjoni jkollha strateġija u pjan ta’ azzjoni adekwati għall-għarfien dwar id-diżabilità tan-nuqqas tas-smigħ fil-livell tal-Unjoni Ewropea u f’dak nazzjonali matul dan il-mandat parlamentari. Aqra aktar

Il-MPE Agius Saliba jappella lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkontrollaw u jissorveljaw prezzijiet artifiċjalment għoljin għal prodotti essenzjali


L-Ewro Parlamentari Laburista Alex Agius Saliba talab lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex jintroduċu miżuri nazzjonali biex jikkontrollaw u jissorveljaw prezzijiet għoljin u inġusti għal prodotti essenzjali matul l-imxija tal-Coronavirus. Aqra aktar

L-Ewroparlamentari Agius Saliba b’appell lill-MEPs kollha sabiex jiġu ssalvagwardjati l-Airslots tal-Air Malta

Matul din il-ġimgħa l-Membri Parlamentari Ewropej se jkunu qed jivvutaw fuq l-allokazzjoni ta’ airslots fl-ajurporti. Fid-dawl ta’ dan il-vot krucjali, l-Ewro-Parlamentari Malti Alex Agius Saliba qiegħed jitlob l-appoġġ tal-kollegi Ewro-Parlamentari sabiex il-linji tal-ajru jkollhom id-dritt li jzommu l-airslots għas-Sajf kollhu u mhux sat-30 ta’ Gunju, hekk kif qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropeja. Aqra aktar

Il-MPE Alex Agius Saliba maħtur rapporteur fuq ir-Right to Disconnect

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba nħatar rapporteur fuq ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ir-Right to Disconnect. Il-Kumitat tal-Impjiegi fil-Parlament Ewropew iddeċieda li jabbozza rapport leġiżlattiv fuq inizjattiva proprja biex jipproponi leġiżlazzjoni dwar id-dritt ta’ skonnettjar diġitali, u Alex Agius Saliba ser ikun il-Membru Parlamentari Ewropew responsabbli. Aqra aktar

Il-MPE Alex Agius Saliba jippresiedi l-Kumitat AKP-UE dwar l-affarijiet politiċi fir-Rwanda

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba rrappreżenta lill-Parlament Ewropew fit-38 sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta bejn l-istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-Unjoni Ewropea (UE) li qed issir f’Kigali, r-Rwanda. Matul il-laqgħa ta’ din is-sena, is-suġġetti tat-tibdil fil-klima, t-tkabbir sostenibbli, is-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni u l-migrazzjonikienu fuq nett tal-aġenda tal-Assemblea. Aqra aktar

Send this to a friend