aleppo – Page 3 – One News

Notifiki

Jieħdu l-fuel ‘l barra mill-Afrika ta’ Fuq

Grupp ta’ bastimenti tal-gwerra Russi, inkluż l-unika wieħed li jġorr l-ajruplani,  huma irrapportati li ħadu l-fuel fil-baħar ‘l barra mill-Afrika ta’ Fuq, fi triqithom lejn is-Sirja.

Il-BBC jirrapporta dalgħodu li xi wħud mill-bastimenti li kellhom jidħlu f’port Spanjol kellhom operazzjoni abortita wara li alleati tan-NATO esprimew tħassib.

Nato jinsabu mħassba li l-ajruplani abbord se jintużaw għall-attakki fuq nies ċivili fil-belt Sirjana Aleppo.

Il-President Vladimir Putin aċċenna wkoll li l-bumbardament mill-ajru fuq il-Lvant ta’ Aleppo, miżmuma  minn ribelli, se jerga’ jibda.

Aqra aktar

“Malta mhix se tkun parteċipi fl-oxxenitajiet li qed isiru f’Aleppo”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat mistenni jżur ir-Russja fil-ġejjieni qrib.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella fil-Parlament ilbieraħ filgħaxija meta jkien qed jagħlaq id-dibattitut dwar il-voti tal-ministeru tiegħu.

Il-Ministru ikkonferma  li l-flotta Russa mhux se tingħata fuel f’Malta. Huwa kien qed iwieġeb lill-kelliem tal-Oppożizzjoni Tonio Fdenech li staqsa jekk kienx minnu li l-permess kien ingħata u mbagħad ġie irtirat.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Minn żona ta’attakk għal park tal-ilma

Kienu l-bosta li kkumentaw dwar dan il-filmat li tpoġġa fuq is-sit soċjali facebook. Filmat li juri t-tfal f’Aleppo jidħku u jgħumu f”żona fejn kien għadu kemm sar attakk mill-ajru. L-istess żona kienet mimlija bl-ilma wara li kawża tal-bumbardament saret ħsara estensiva fil-provvista tal-ilma.
Aqra aktar

Tfal jissieltu għan-nifs

Il-Gvern Sirjan jinsab akkużat li xeħet bombi bil-chlorine minn helicopters fuq parti minn Aleppo, b’konsegwenza li ndarbu 80 persuna.

Xeni ta’ tfal jissieltu għan-nifs u jiġu maħsula bl-ilma biex jitnaddfu qed ifeġġu fuq l-internet.

Aqra aktar

Send this to a friend