Ara min huma l-erba’ akkużati li tressqu lbieraħ li fuq rashom għandhom implikazzjonijiet kriminali

L-erba’ akkużati li tressqu l-Qorti l-Erbgħa tard filgħaxija kollha kienu magħrufa mal-pulizija.

L-aħwa Adrian Agius ta’ tnejn u erbgħin sena u Robert Agius ta’ sebgħa u tletin sena magħrufa bħala Tal-Maksar, flimkien ma’ Jamie Vella ta’ sebgħa u tletin sena diġà kienu ġew arrestati minħabba l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.Aqra aktar

Ara l-wasla tal-erba’ akkużati bil-qtil ta’ DCG u Chircop fil-ħabs

Ftit tal-minuti wara li l-erba’ akkużati b’rabta ma’ żewġ omiċidji ċaħdu l-akkużi, huma daħlu fil-ħabs. Kien propju fl-22:35 meta grupp ta’ vetturi dehru joqorbu lejn il-ħabs ta’ Kordin.

B’kollox kien hemm tmien vetturi iżda seba’ minnhom daħlu fil-ħabs, bl-aħħar vann, li fih kien hemm pulizija armati u bil-balakavi ma daħalx fil-ħabs. Il-vetturi l-oħra kellhom fihom l-investigaturi u membri tas-sigurtà kif ukoll l-akkużati; l-aħwa Robert u Adrian Agius magħrufa bħala tal-Maksar, Jamie Vella u anki George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż.

Jamie Vella kien liebes ilbies protettiv filwaqt li dawk għassa miegħu kienu lebsin ukoll ilbies abjad protettiv. Dan peress li Vella huwa pożittiv għall-Covid-19.

AQRA WKOLL: 

BIL-FILMAT: Iwieġbu mhux ħatja u jibqgħu jinżammu arrestati wara li ġew mixlija bil-qtil ta’ DCG u Carmel Chircop

Għada tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront tal-akkużati bil-qtil ta’ DCG

Għada fid-9:30am mistennija tkompli l-kumpilazzjoni fil-konfront tat-tlett akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia: Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu u l-aħwa Alfred u George Degorgio magħrufa bħala l-Fulu u ċ-Ċiniż.

Fl-aħħar seduta ta’ din il-kumpilazzjoni ġie determinat lill-akkużati jistgħu jitpoġġew taħt att ta’ akkuża.

HIJACK: “You have to land at Rome or I will explode the airplane”

Waqt it-tijira ta’ Afriqiyah Airways bejn Tripoli u Sebha, nhar it-23 ta’ Diċembru, l-hijackers taw ittra lill-kap tal-ekwipaġġ biex jgħaddiha lill-kaptan- fuqha kien hemm miktub “You have to land at Rome or I will explode the airplane.” Dan ħareġ mix-xhieda tal-Ispettur Omar Zammit li ta’ d-dettalji tal-każ kif ġara skont l-investigazzjoni li għamlet il-pulizija lill-passiġġieri, membri tal-ekwipaġġ, il-kaptana u lill-pirati tal-ajru stess.

Aqra aktar

HIJACK: Illum il-każ ikompli jinstema’ l-Qorti

Il-każ taż-żewġ Libjani akkużati li wettqu hijack tal-ajruplan tal-linja tal-ajru Afriqiyah se jkompli jinstema’ llum fil-Qorti dan wara li l-Pulizija kompliet tiġbor l-evidenza meħtieġa. Is-seduta se tkun preseduta mill-Maġistrat Anthony Vella u tibda għall-ħabta tad-9.00.

Aqra aktar

Send this to a friend