akkomodazzjoni socjali – One News

Notifiki

Il-Gvern Malti mfaħħar għal mod kif qed jindirizza l-housing f’pajjiżna

Il-Gvern Malti ġie mfaħħar għal mod li bih qed jaħdem sabiex kull ċittadin f’pajjiżna jkollu aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli. Dan anke permezz ta’ numru ta’ miżuri sabiex kull persuna tkun tista’ ssir sid ta’ darha. Aqra aktar

Se tinbena blokka ta’ appartamenti għall-akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex

Il-Gvern ippubblika sejħa għall-offerti għall-bini ta’ appartamenti għal skop soċjal fil-qasam tad-djar li jinsab fiż-żona ‘Taċ-Ċawla’, fir-Rabat Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana qalet li l-binja se jkollha tmien appartamenti u se tkun aċċessibbli għal kulħadd. Hija żiedet tgħid li l-blokka se tinbena b’elementi favur l-ambjent.Aqra aktar

L-ewwel pass għal inizjattivi ta’ housing speċjalizzat; jitwaqqaf bord ta’ esperti biex tibda titwettaq miżura tal-Budget 2019

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jħabbar li twaqqaf bord ta’ esperti għal programmi speċjalizzati ta’ akkomodazzjoni (specialised housing programmes) fi ħdan l-Awtorità tad-Djar.

 Dan qed isir biex proġetti ta’ housing speċjalizzati ikkordinati minn NGOs li jipprovdu servizz mingħajr profitt jiġu appoġġjati bi gwidi ċari ta’ best practices, u għajnuniet oħra, fosthom għotjiet finanzjarji jew allokazzjonijiet ta’ spazji adekwati. Dan se jsir skont il-prijoritajiet li se jiġu stabbiliti mill-membri ta’ dan il-bord.Aqra aktar

Se jitħabbru miżuri dwar is-suq tal-propjetà fil-Baġit li ġej

In-numru ta’ familji li jistgħu jsejħu lilhom infushom sidien ta’ djarhom żdied b’aktar minn 12,000 familja, biex issa ftit anqas minn 80% tal-familji Maltin għandhom id-dar tagħhom.

Ċifrji tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ististika juru li tul dawn l-aħħar ħames snin ta’ Gvern Laburista, ir-rata ta’ persuni li jgħixu mċaħħda mill-aktar affarijiet bażiċi kompla dejjem jonqos, biex minn numru li jlaħħqu €40,000 issa din iċ-ċifra niżlet għal 11,000.Aqra aktar

Send this to a friend