Notifiki

Malta Air b’ħames rotot ġodda lejn l-Italja u l-Greċja mis-sajf li ġej

Il-linja tal-ajru Malta Air nediet ħames rotot ġodda li se jibdew jaħdmu darbtejn fil-ġimgħa minn u lejn Malta mis-Sajf li ġej.

Dan ħabbru l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo f’konferenza tal-aħbarijiet mis-sala tat-tluq tal-ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Dawn il-ħames titjiriet se jkunu qed jibdew f’Ġunju u Lulju u se jkunu lejn l-ajruporti ta’ Brindissi, Cagliari, Genoa, Trapani fl-Italja u Sqallija u l-ajruport ta’ Chania fil-Greċja.Aqra aktar

Żagħżugħ Żvediż jeħel tliet xhur ħabs sospiżi wara li kien aggressiv mal-pulizija fl-ajruport hekk kif kien fis-sakra

Żvediż ta’ 19-il sena weħel tliet xhur ħabs sospiżi għal sena u weħel multa ta’ €3,000 wara li t-Tnejn filgħodu daħal fl-ajruport fis-sakra u m’obdiex l-odnijiet tal-uffiċjali tas-sigurtà wara li ma tħalliex jitla’ fuq titjira.

L-Ispettur Silvio Magro li mexxa l-prosekuzzjoni spjega li l-Pulizija ġew mgħajta mill-uffiċjali tas-sigurtà tal-ajruport wara li kien hemm raġel li ma tħallihiex jitla’ fuq l-ajruplan. L-ispettur spjega li r-raġel rreżista l-arrest u filwaqt li beżaq fuq wieħed mill-Pulizija huwa baqa’ joffendihom u jgħajjarhom sakemm ħaduh ġewwa l-għassa tal-ajruport.

Wara l-arrest huwa ttieħed ukoll fil-poliklinika tal-Furjana fejn hemm ukoll baqa’ agressiv fil-konfront tal-Pulizija.

L-avukat tal-għajnuna legali spjega li l-ġuvni għadu kif għalaq 19-il sena u appella biex fis-sentenza tagħha l-Qorti tikkunsidra wkoll li l-ġuvni għamel li għamel waqt li kien fis-sakra. Spjega wkoll li l-ġuvni għandu fedina penali nadifa u f’pajjiżu qed jistudja kors tal-liġi.

Iż-żagħżugħ wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

Send this to a friend