Fl-ajruport, f’Awwissu li għadda ġew irreġistrati qrib il-mitt elf moviment tal-passiġġiera mix-xahar ta’ qabel. Aqra aktar

Fl-ajruport, f’Awwissu li għadda ġew irreġistrati qrib il-mitt elf moviment tal-passiġġiera mix-xahar ta’ qabel. Aqra aktar
Passiġġier li kien sejjer Istanbul inqabad b’aktar minn ħdax-il elf ewro li ma kinux iddikjarati. Dan waqt spezzjoni li saret fis-sala tat-tluq fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta mill-uffiċjali mid-dipartiment ta’ kontra l-ħasil ta’ flus fi ħdan id-Dwana.Aqra aktar
Il-kumpanija li tmexxi l-ajruport laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern li jinfetaħ mill-ġdid l-ajruport minn u lejn 19-il destinazzjoni mill-1 ta’ Lulju li ġej. Aqra aktar
Sabiex ifakkar il-Jum Dinji ta’ Għarfien dwar l-Awtiżmu, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta xegħel il-faċċata tiegħu b’dawl blu, filwaqt li kkumplementa dan il-ġest simboliku b’inizjattiva mmirata li tiffaċilita l-vjaġġ mit-terminal għal passiġġieri bl-awtiżmu u persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ffirma ftehimiet ġodda li jagħtu konċessjoni lil żewġ kumpaniji – Air Malta u Aviaserve – sabiex jipprovdu servizzi ta’ ground handling tar-rampa.
Mill-bidu tas-sena sal-aħħar ta’ Novembru li għadda ġiet rreġistrata l-ogħla rata ta’ traffiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta dan hekk kif inqabżet iċ-ċifra rekord ta’ 6,014,548 moviment tal-passiġġieri fis-sena, li kienet ntlaħqet għall-ewwel darba f’Diċembru li għadda.
Mariyana Borisova, il-Bulgara ta’ tletin sena li ġiet arrestat fl-ajruport waqt li kienet se titlaq minn Malta, wieġbet mhux ħatja għal ħames akkużi ta’ serq.
L-eżerċizzju ta’ emerġenza tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed jitwettaq biex ikun ivverifikat il-livell ta’ preparazzjoni tal-partijiet interessati ewlenin li jiġu mmobilizzati f’każ ta’ aċċident fl-ajruport.
Permezz ta’ dan l-eżerċizzju fuq skala kbira, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jkun qed jivverifika l-adegwatezza tal-Pjan ta’ Rispons għal Emerġenza tal-Ajruport (AERP) li ġie emendat dan l-aħħar, f’konformità mal-obbligi regolatorji tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA). Dan l-eżerċizzju se jservi wkoll biex tiġi ddeterminata l-effettività tas-sistema ta’ kmand u kontroll tal-MIA għall-ġestjoni ta’ inċidenti u biex tittestja s-sistemi ta’ komunikazzjoni u tar-riżorsi ta’ emerġenza fis-seħħ.
Wara ġimgħat ta’ investigazzjoni, il-Pulizija ta’ Malta kellha suspett illi passaporti ta’ persuni li kienu f’pajjiżna għal aktar minn tliet xhur skont il-liġi, kellhom il-passaport tagħhom ittimbrat b’tali mod li juri li l-istess persuni ħarġu minn pajjiżna meta fil-verità dawn ma kinux ħarġu.
Immigration Officer mara nstabet li kienet il-persuna li qed tittimbra dawn il-passaporti, u li persuna barranija mill-Maċedonja li kellha kuntatt miegħu kien qiegħed jgħaddilha dawn il-passaporti ta’ diversi persuni barranin. Il-persuna msemmija telgħet il-Qorti u ġiet sospiża mill-impjieg, filwaqt li l-persuna barranija li kellha kuntatt magħha ttellgħet il-Qorti wkoll.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jinforma lill-pubbliku li llum 27 ta’ Marzu 2018 se jkun qed jagħmel eżerċizzju ta’ emerġenza llejla.
Madanakollu, il-passiġġieri mhux ser jintlaqtu minn dak l-eżerċizzju. Ħadd ma għandu jallarma ruħu jekk jara ammont ta’ vetturi tal-emerġenza sejrin fid-direzzjoni tal-ajruport.
Send this to a friend