Notifiki

L-Air Malta għad trid tikkonviċi ruħha wara li l-UCC irrifjutat offerta għal erba’ darbiet qabel aċċettatha

L-Air Malta trid qbil permanenti fuq proċess fond ta’ ristrutturar li jassigura l-futur tal-linja nazzjonali tal-ajru wara l-pandemija. Fi stqarrija, is-Sibt filgħaxija, l-Air Malta qalet li kienet infurmata li disgħin fil-mija tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ tal-Air Malta vvutaw favur l-offerta tal-linja nazzjonali tal-ajru li biha l-ħaddiema li baqgħu d-dar u mhux jaħdmu jirċievu salarju ta’ elf u mitejn ewro fix-xahar.

One.com.mt huwa infurmat li l-vot sar wara li l-unjin tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ tal-Air Malta rrifjutat għall-erba’ darbiet il-pakkett soċjali tal-Air Malta. Fi stqarrija l-Air Malta nnutat li aktar qabel, il-kumitat eżekuttiv tal-unjin tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ vvota biex ma jħalliex lill-membri tal-unjin jagħtu l-opinjoni dwar l-offerta tal-Air Malta. “Kien wara li l-Air Malta kitbet lid-Dipartiment għar-relazzjonijiet industrijali u tal-impjieg u wriet l-intenzjoni li twaqqaf l-impjieg tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ, li l-unjin tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ qablet li jittieħed vot fuq l-offerta tal-kumpanija tal-ajru”, sostniet l-Air Malta.

L-Air Malta saħqet li għad trid tikkonvinċi ruħha dwar ir-rieda tal-unjin sabiex il-linja nazzjonali tal-ajru jkollha assigurazzjoni li jintlaħaq qbil permanenti komprensiv. Fil-fatt l-Air Malta qalet li l-fiduċja bejn iż-żewġ partijiet ixxaqqet wara l-iżviluppi li ġraw. Intant il-unjin tal-bdoti, l-ALPA baqgħu ma weġbux dwar l-offerta tal-Air Malta.

Jirdoppja n-numru ta’ ajruplani reġistrati f’Malta

In-numru ta’ ajruplani rreġistrati f’Malta irdoppja bejn l-2012 sa issa. Ikkonferma dan il-Ministru Ian Borg fl-indirizz tiegħu waqt is-7th Annual Mediterranean Business Aviation, li sar bil-għan li jgħaqqad l-avjazzjoni kummerċjali fl-Ewropa, fl-Afrika ta’ Fuq u fi Lvant Nofsani.Aqra aktar

JIBŻGĦU MINN SPLUSSIVI F’LAPTOPS; l-Amerka tieħu passi

Passiġġieri li se jivjaġġaw lejn l-Amerka u minn ċertu pajjiżi ma jistgħux iġorru laptops magħhom. Skont mezzi Amerikani tax-xandir, dan qed iseħħ wara theddida terroristika. L-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku ilu jfassal mezzi kif jista’ jdaħħal splussivi f’ajruplani billi jaħbihom f’oġġetti elettroniċi. Issa qed jingħad li l-Amerka għandha ħjiel sostanzjali u kredibbli li jindika li jista’ jkun hemm theddida. Ir-restrizzjoni daħlet fis-seħħ għal dawk li se jivjaġġaw minn għaxar ajruporti fi tmien pajjiżi.

Aqra aktar

L-għada tat-traġedja

L-għada tat-traġedja li ħalliet ħames Franċiżi mejta f’pajjiżna, it-triq fil-limiti ta’ Ħal Kirkop tinsab magħluqa u l-post huwa sorveljat.

L-ajruplan li ġġarraf għall-ħabta tas-07:20 tal-bieraħ huwa rreġistrat l-Istati Uniti u mikri lill-kumpanija fil-Lussemburgu.

Kien parti minn operazzjoni Franċiża li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar ħames xhur bil-għan li tinvestiga rotot ta’ traffikar illegali, primarjament traffikar tal-bnedmin u tad-droga.

It-titjira kienet irreġistrata mal-Malta Air Traffic Services bħala waħda lokali u kellha tkun lura Malta fi ftit sigħat mingħajr ma tinżel f’pajjiżi oħra. Jidher ma kien hemm ebda splużjoni qabel l-ajruplan waqa’.

Aqra aktar

Send this to a friend