Ajruplan – Page 7 – One News

Notifiki

Il-Libjani “muti” fiċ-ċella

  • Ma jikkoperawx fl-investigazzjoni
  • Jitressqu l-qorti llum

Iż-żewġ Libjani arrestati l-Ġimgħa b’rabta mal-hi jack tal-ajruplan mhumiex jikkoperaw mal-investigaturi b’imkejjen qrib l-investigazzjoni sostnew li sa tard ilbieraħ wara nofsinhar, il-ħin li morna għall-pubblikazzjoni, ma kienux lissnu mqar kelma waħda.

Iż-żewġ Libjani qegħdin ikunu assisti minn avukat tal-għajnuna legali u llum mistennija jkunu mressqa fin-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu.

Aqra aktar

L-ajruplan għadu hemm u se jibqa’ hemm

Dan ir-ritratt ittieħed ftit tal-ħin ilu.

L-ajruplan tal-linja tal-ajru Afriqiyah Airways li lbieraħ inħataf minn żewġt irġiel li kienu abbord u niżel f’Malta, bħalissa jinsab ipparkjat f’Runway 5 tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Eżatt fl-istess post li għamel l-inżul ilbieraħ.

L-Airbus A320 se jkun qed jinżamm fejn hu, sakemm iħossu l-ħtieġa l-investigaturi.

Meta waslu l-Libja, xejru bandiera oħra

Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu l-passiġġieri kollha li kienu fuq l-ajruplan li lbieraħ kien maħtuf qabdu triqithom lejn il-Libja fuq ajruplan ieħor tal-istess linja tal-ajru.

Mal-wasla tagħhom, spikkat il-bandiera tal-Libja. Mhux il-bandiera ħadra li xxejret minn wieħed mill-hijackers ilbieraħ qabel inħelsu l-ostaġġi kollha, iżda l-bandiera tal-Libja illum. Dik ħadra li xxejret il-bieraħ tirrappreżenta r-reġim tal-eks mexxej Muammar Gaddafi, filwat li l-bandiera li l-oħra tirrappreżenta Libja ġdida, ta’ wara r-rivoluzzjoni.

Bnadar li jkomplu jaċċennaw għall-probabiltà li dak li seħħ kien att simboliku.

Aqra aktar

“Ma kienx hijack bħal tas-soltu” – il-brigadier Maurice Calleja

Il-brigadier Maurice Calleja esprima l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-hijack tal-bieraħ.

Fosthom ikkumenta dwar il-fatt li l-armi kienu replica u dwar l-imġieba rilassata tal-ostaġġi ħirġin mill-ajruplan. Qal li fil-bidu, meta intqal li kien hijack, l-awtoritajiet ħasbu għall-agħar eventwalità, iżda irriżulta li kien episodju differenti minn hijacks normali. Jemmen li permezz tal-hijack, dawk li wettquh riedu jesprimu xi ħaġa li ma jistgħux jesprimu f’pajjiżhom.

Aqra aktar

Min huma Afriqiyah Airways?

Hija kumpanija tal-ajru relattivament żgħira li bdiet topera fi żmien il-Kurunell Libjan Muammar Gaddafi.

F’dan is-servizz nagħtu ħarsa ġenerali lejn din il-kumpanija tal-ajru.

Aqra aktar

Kundizzjoni ċara: il-ħelsien tal-ostaġġi

Ftit tal-ħin wara li din il-ġrajja spiċċat b’ wiċċ il-ġdid, il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet fejn stqarr li n-negozjaturi Maltin baqgħu sodi u ma nnegozjawx sakemm inħelsu l-passiġġieri kollha.

Dan  filwaqt li kkonferma li l-pirati tal-ajruplan għadhom ma talbu għal xejn.

Aqra aktar

Jiġġarraf ajruplan Russu fis-Siberja

Ajruplan li jappartjeni lill-Ministeru għad-difiża Russu waqa’ f’Yakutia, is-Siberja. Abbord kien hemm 39 persuna. Il-Ministru għad-difiża qal li sittax-il persuna ndarbu gravi.

Ftit wara li qal hekk, rapporti qed jgħidu li 27 persuna tilfu ħajjithom. Fost dawk abbord kien hemm 32 passiġġier u seba’ membri tal-ekwipaġġ.

Aqra aktar

Qaltlu li sejra l-Arabja Sawdija imma ġiet Malta bit-tfal u sabet raġel ieħor

Il-Qorti laqgħat talba ta’ missier, biex uliedu ta’ seba u sitt snin imorru lura New Zealand minn Malta. Dan għaliex l-omm qed iżżommhom hawn mingħajr il-kunsens tal-missier.

Kien biss permezz ta’ email li l-missier sar jaf li wliedu jinsabu Malta. L-omm kienet qaltlu li kienet se teħodhom jaraw lin-nanniet fl-Arabja Sawdija, iżda meta kien qed ikellem lil bintu fuq Skype, din żvelat li kienu se jitilqu minn hemm.

L-omm provdiet il-verżjoni tagħha wkoll; qalet li l-missier li jgħix New Zealand ma kellux biex imantni lit-tfal, li qatt ma ftiehmu dwar kemm kienet se ddum barra minn New Zealand, li tinsab f’relazzjoni ma raġel ieħor hawn Malta, u li t-tfal huma kuntenti.

 

Send this to a friend