Ajruplan – Page 6 – One News

Notifiki

Salvatilha ħajjitha b’nota fil-latrina ta’ ajruplan

Hostess fuq ajruplan salvat ħajja ta’ tfajla milli tiġi ttraffikata, wara li nnutat kemm kienet żmattata u ħallitilha nota fil-latrina.

Sheila Fedrick, ta’ 49 sena li taħdem fuq il-linja tal-ajru Alaska Airlines, lemħet lil din iż-żagħżugħa ta’ madwar 14-il sena, bilqiegħeda ħdejn tieqa tal-ajruplan. Ħdejha kien hemm raġel li deher imlibbes sew u tal-flus.

Fedrick qalet li l-vittma kellha xagħar żejtni ħafna u dehret qisha għadha kif għaddiet minn esperjenza vera kerha. Kien dan il-kunstrast li ġiegħel lil Fedrick titħasseb. Meta provat tkellem liż-żewġ passiġġieri, dejjem wieġeb ir-raġel f’isem it-tfajla.

Aqra aktar

Tista’ tkun int li tara l-ewwel fjammi abbord ajruplan

Żball oħxon u gravi ħafna

Żball oħxon minn ajurplani militari Niġerjan, hekk kif ibbumbardja kamp ta’ refuġjati f’Rann u qatel minn tal-inqas tnejn u ħamsin persuna.

Fost il-mejtin hemm ħaddiema tal-għajnuna, bl-organizzazzjoni Salib l-Aħmar tgħid li sitta mill-impjegati tagħha nqatlu. L-aġenzija Tobba Mingħajr Fruntieri qalet li iktar minn mitejn persuna weġġgħu u appellat għall-għajnuna bl-evakwazzjonijiet.

Il-President Niġerjan, li l-armata tiegħu qed tiġġieled kontra l-militanti tal-Boko Haram, qal li kien ixxukjat b’dan u appella għall-kalma.

Sospiża t-tfittxija għall-MH370

Ġiet sospiża t-tfittxija għall-ajruplan tal-linja tal-ajru Malaysian Airlines, li kien għeb tliet snin ilu b’293 persuna abbord.

Fi stqarrija konġunta, l-Awstralja, il-Malażja u ċ-Ċina qalu li din id-deċiżjoni ttieħdet b’sens ta’ dieqa, wara tfittxija li ma ħalliet ebda frott f’aktar minn 120,000 metru skwadru tal-Oċean Indjan.

Aqra aktar

L-ajruplan tal-Afriqiyah jitlaq minn pajjiżna

L-ajruplan Airbus A320-214, tal-linja tal-ajru Afriqiyah li nhar it-23 ta’ Diċembru kien maħtuf minn żewġ Libjani u tniżżel Malta telaq minn Malta għall-ħabta tal-15.54 hekk kif il-Qorti laqgħet it-talba ta’ Afriqiyah Airways biex ikun rilaxxat l-ajruplan. Dan ifisser li l-ajruplan se jmur lura l-Libja.

Aqra aktar

Afriqiyah Airways jridu l-ajruplan lura

Quddiem il-Maġistrat Antonio Giovanni Vella, avukat f’ isem Afriqiyah Airways, talab lill-qorti tagħti permess lir-rappreżentanti tal-kumpanija jitilgħu fuq l-ajruplan u jbiddlu l-apparat li kellu jittieħed minn fuq l-ajruplan għal skopijiet t’ investigazzjoni. Dan biex l-ajruplan jmur lura l-Libja u jerġa’ jingħaqad mal-flotta tal-kumpanija.

Aqra aktar

Jason Azzopardi avukat tal-hijackers

Ix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Jason Azzopardi qed jirrappreżenta wieħed mill-hijackers li f’Diċembru niżżlu ajruplan maħtuf hawn Malta.

Saħansitra tkellem mat-Times of Malta u ddeskriva kemm qed isibha diffiċli jikkomunika miegħu.

Iż-żewġ Libjani qed jużaw l-għajnuna legali – jiġifieri l-għajnuna li tingħata lil min ma jkunx jista’ jħallas għal avukat tal-għażla tiegħu. Ninsabu informati li nhar is-Sibt li għadda, Jason Azzopardi għażel li jmur iżur lil klijent tiegħu fil-Facilità Korrettiva ta’ Kordin.

Aqra aktar

L-MHRA tilmenta dwar rotot lejn Manchester – iwieġbu l-Air Malta u l-Ministeru għat-Turiżmu

  • Il-konnettività tal-Air Malta se tiżdied abbażi ta’ vijabilità kummerċjali li tagħmel sens 

Il-Ministeru għat-Turiżmu fi stqarrija irrefera għall-stqarrija tal-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u Ristoranti (MHRA), bit-titolu ‘‘Is Air Malta shutting shop by stealth?’’ 

Il-kwistjoni kollha, spjega l-Ministeru, hi dwar jekk irridux li l-Air Malta tibda tieħu deċiżjonijiet kummerċjali, hekk kif dejjem tinsisti l-MHRA, jew inkella tibqa’ tibża’ milli tieħu deċiżjonijiet importanti u diretti li jassiguraw il-vijabilità kummerċjali tagħha. 

Fi kliem il-Ministeru: “Id-deċiżjoni dwar Manchester, wara dik ta’ Frankfurt, hija parti minn strateġija u minn tibdil intern li dan il-gvern huwa kommess li jwettaq biex il-linja nazzjonali tal-ajru toħroġ mid-diffikultajiet kbar li ntefgħet fihom taħt amministrazzjonijiet preċedenti. Id-deċiżjoni ta’ Manchester kienet ibbażata fuq il-fatt li, biex ittir ir-rotta, l-Air Malta kienet ipproġettata li titlef sa żewġ miljun ewro.

Aqra aktar

Send this to a friend