Ajruplan – Page 5 – One News

Notifiki

Ħamsa mejta wara t-tiġrif ta’ ajruplan żgħir

Ħames persuni nqatlu wara li ajruplan żgħir irreġistrat l-Isvizzera ġġaraf f’Tires, fil-punent tal-kapitali Portugiża, Lisbona.

Il-vittmi ta’ dan il-każ kienu l-pilota, tliet passiġġiera u xufier ta’ vettura.

L-ajruplan iġġarraf ftit wara t-tluq tiegħu iżda s’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan il-każ.

Ir-raġel li tkaxkar: żewġ sinniet nieqsa, imnieħer miksur u concussion

Jumejn ilu rrapportajna dwar ir-raġel li tniżżel minn titjijra tal-United Airlines b’ċertu saħħa. Issa saru magħrufa l-konsegwenzi tal-mod kif tniżżel mill-ajruplan. Minbarra l-effetti psikoloġiċi, tilef żewġ sinniet ta’ quddiem, imnieħer miksur u kellu concussion.

Bintu qalet li tinsab diżgustata bil-mod li bih trattaw lill-missiera u qed jieħdu passi fil-konfront tal-kumpanija tal-ajru, għall-mod li bih trattat ll Dr David Dao. Huwa ntalab jinżel mit-titjijra għax kienet ibbukkjata żżejjed, jiġifieri kien żball tal-linja tal-ajru. It-tabib Vietnamiż-Amerikan irrifjuta li jinżel għax beda jinsisti li ried imur id-dar jara l-pazjenti.

Aqra aktar

FILMAT: imkaxkar ‘il barra mill-ajruplan

Raġel kien imneħħi b’mod vjolenti min uffiċjali tal-avjazzjoni f’titjira tal-United Airlines fl-ajruport internazzjonali ta’ Chicago O’Hare. Kif jidher fil-filmat, il-passiġġier ġie mkaxkar l-barra.

Fi stqarrija l-linja tal-ajru qalet li fit-titjira skedata kien hemm overbooking u ħadd ma ried iħalli l-ajruplan b’mod volontarju. Għalekk intagħżlu erba’ passiġġieri u ntalbu jitilqu.  Però kien hemm passiġġier li ma riedx iħalli postu. Biex dan il-passiġġier jitlaq, intalbet l-assistenza tal-uffiċċjali tal-avjazzjoni u kaxrkru l-passiġġier ‘il barra.

Id-dipartiment tal-avjazzjoni ta’ Chicago ħareġ stqarrija li l-uffiċjal li kaxkar lir-raġel il-barra mill-ajruplan intqiegħed fuq leave sakhemm jagħmlu l-istħarriġ tagħhom.

Aqra aktar

FILMAT: Wasla ġdida fl-Ajruport ta’ Malta

Il-Ħadd filgħodu, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sebaħ b’ajruplan tal-linja ġdida tal-ajru Eurowings. Bit-titjira EW5874, l-linja tal-ajru Awstrijaka għamlet l-ewwel inżul tagħha f’pajjiżna għall-ħabta tat-8.15 minn Vjenna. Il-linja tal-ajru se tkun topera bejn Malta u Vjenna u Vjenna u Malta. Bħal ma jsir għal titjiriet inawgurali, l-ajruplan tal-EuroWings kellu dħul mill-isbaħ fl-Ajruport Malti, hekk kif intlaqa’ b’arkata ta’ ilma. Kif jidher f’dawn ir-ritratti l-membri tal-ekwipaġġ intlaqgħu minn kostumi mill-isbaħ, tipiċi Maltin u bi ftit ħelu tal-okkażjoni.

Aqra aktar

FILMAT: passiġġieri jitolbu flimkien għax jaħsbu li l-ajruplan se jiġġarraf

Min jibża’ mill-ajruplani aħjar ma jaqra xejn.

Madanakollu filmat ta’ passiġġieri jitolbu flimkien qed idur dawra sew mal-internet. Titjijra minn London Stansted kellha tagħmel inżul ta’ emerġenza f’Amsterdan, wara li l-Boeing 767 beda jitlef il-pressa fil-kabina u dawk abbord kellhom jilbsu l-maskli tal-ossiġnu sakem il-ajruplan niżel f’Schipol. Kellha tkun titjijra lejn Rzeszow, fil-Polonja, fejn ħafna minn dawk Lhudin abbord kellhom pellegrinaġġ pjanat. Fil-filmat jinstemgħu jkantaw qabel l-ajuplan jagħmel inżul ta’ emerġenza.

Aqra aktar

Filmat: Mument tat-tkexkix hekk kif ajruplan kważi iġġarraf fil-baħar

L-ajruport Internazzjonali Princess Juliana li jinsab f’waħda mill-gżejjer tal-Karibew San Martin sar famuż għall-iktar inżul perikoluż u li jkexkxek.

Mijiet ta’ turisti jmorru kuljum f’Maho Beach biex joqgħodu eżattament taħt dawn l-ajruplani biex jarawhom ftit metri ‘l bogħod fuq rashom qabel jinżlu fl-ajruport, imma dan l-inżul iqajjimlek ġismek xewk xewk iktar mis-soltu, hekk kif jidher fil-filmat.

Turisti kienu mwerwr meta l-ajruplan Westjet Boeing 737 deher kważi jmiss il-baħar hu u riesaq għall-inżul tiegħu.

Aqra aktar

Ajruplan tal-Air Malta milqut minn sajjetta

Ħadd ma weġġa’ meta ajruplan tal-Air Malta minn Malta għall-Catania, KM640, intlaqat minn sajjetta waqt  li  kien qed jersaq lejn l-ajruport. L-ajruplan niżel f’Catania b’mod sigur.

Titjijra oħra, KM624 minn Malta għal Milan, ittieħdet Catania biex grupp ta’ inġiniera setgħu jaħdmu fuq l-ajruplan u jivverifikaw li jista’ jtir.

Il-passiġġiera, membri tal-ekwipaġġ u l-ajruplan ma kienu f’ebda perikolu fi kawlunkwe ħin.

 

Send this to a friend