Ajruplan – Page 4 – One News

Notifiki

Tiftakruh?

Żgur li dawk in-nies li għandhom ċerta età jiftakru dan l-ajurplan li kien tpoġġa maġenb iċ-ċimiterju ta’ Ħal Kirkop u kien jintuża bħala restorant.

Illum baqa’ biss fil-memorja ta’ xi wħud, kif ukoll grazzi għall-mezzi tal-midja soċjali, dan ir-ritratt qed jiġi ċċirkolat u b’hekk isiru jafu bih il-ġenerazzjonijiet preżenti.

Jinġibed matul il-lejl

L-ajruplan li tard l-Erbgħa filgħaxija ħadu r-riħ u spiċċa f’nofs ta’ triq fejn baqa’ dieħel f’ħajt ta’ proprjetà privata f’Ħal Farrug, inġibed u m’għadux f’nofs ta’ triq.

L-ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonferma fi stqarrija, li l-ajruplan ġie rikoverat u issa qed jinżamm f’hangar fil-viċinanzi.

Aqra aktar

Irdoppjaw l-ajruplani reġistrati f’Malta

F’ħames snin irdoppjaw l-ajruplani rreġistrati Malta. Tagħrif li ngħata lill-gazzetta KULLĦADD minn Transport Malta juri li filwaqt li fl-2012 din l-entità kellha rreġistrati magħha 128 ajruplan, din is-sena għandha 263. Jidher b’mod ċar li pajjiżna kompla jsaħħaħ postu bħala ġurisdizzjoni għar-reġistrazzjoni tal-ajruplani tul l-aħħar snin bl-2015 kienet l-iktar sena li rat reġistrazzjoni ta’ ajruplani ġodda b’61 ajruplan. Is-sena li għaddiet kienu reġistrati 52 ajruplan ġdid u din is-sena diġà kienu rreġistrati 32.

Aqra aktar

Tlieta midruba wara inċident abbord titjira

Titjira tal-linja tal-ajru Delta kellha tmur lura wara li inċident fil-kabina tal-ewwel klassi.

Huwa mifhum li passiġġier attakka membru tal-ekwipaġġ u ried jidħol fil-kabina tal-pilota. Wara li ġara dan kollu, t-titjira li kienet sejra lejn Beijing reġgħet lura lejn l-ajruport ta’ Seattle.

Aqra aktar

Se tkun qed tara fl-ajru ajruplan mhux tas-soltu

Ajruplan ġdid tal-linja nazzjonali ta’ Malta, Airmalta, se jkollu dehra ġdida. Dan wara li saret kompetizzjoni ta’ viżwali għal dan l-ajruplan il-ġdid. Kompetizzjoni ta’ suċċess hekk kif kienu bosta l-viżwali magħmula għal dan l-ajruplan. Iżda r-rebbieħ kien wieħed, u dan kien id-disinn ta’ Mitchell Dill mill-Istati Uniti.

Aqra aktar

Passiġġier joħloq paniku waqt titjira

Raġel li kien fuq titjira tal-linja tal-ajru, American Airlines, li telqet minn Los Angeles lejn Honolulu l-Ġimgħa ħoloq paniku abbord it-titjira.

Ir-raġel qam mis-seat tiegħu u beda jdur fuq l-ajruplan b’kutra fuq rasu biex wiċċu ma jidhirx u f’idejh beda jżomm laptop. Membru tal-ekwipaġġ ordnatlu li jpoġġi, iżda minkejja dan il-passiġġier baqa’ miexi lejn il-passiġġieri li kienu fis-sezzjoni tal-ewwel klassi. Meta l-passiġġier wasal f’din is-sezzjoni, membru tal-ekwipaġġ ieħor talbu jieqaf u biex ipoġġi.

Aqra aktar

Send this to a friend