Ajruplan – Page 3 – One News

Notifiki

Jisparixxi ajruplan fuq is-Sirja

Il-Ministeru Russu għad-Difiża qal li ajruplan militari Russu b’14-il persuna abbord sparixxa minn fuq ir-radar wara li kien għaddej minn fuq is-Sirja.

Il-kuntatt intilef għall-ħabta tal-23:00 tat-Tnejn filgħaxija ħin tal-post.Aqra aktar

Bil-Filmat: Ajruplan żgħir jispiċċa fuq il-ħaxix waqt l-inżul fl-Ajruport

Runway fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ingħalqet għal ftit ħin wara li ajruplan żgħir spiċċa fuq il-ħaxix waqt il-ħin tal-inżul.

Jidher li l-ajruplan saritlu xi ħsara f’dan l-inċident, iżda ħadd ma weġġa’.

L-Operazzjonijiet tal-ajruport ma kinux affettwati.

 

 

 

Jiġġarraf ajruplan fil-Messiku

Ritratt: BBC 

Ħadd ma nqatel wara li ġġarraf ajruplan fil-kapitali tal-istat ta’ Durango fil-Messiku. Kien il-gvernatur José Aispuro li fuq Twitter qal li ma kien hemm l-ebda vittmi fost ul-101 persuna li kienu abbord l-ajruplan, minkejja li 85 kienu midruba,  tnejn minnhom b’mod kritiku. Aqra aktar

Iċ-champions tad-dinja lura f’pajjiżhom

Il-Franċiżi jinsabu fis-seba’ sema’ wara li għat-tieni darba fl-istorja tagħhom irnexxielhom jirbħu t-Tazza tad-Dinja li saret fir-Russja.

Il-Franċiżi rebħu t-tieni Tazza tad-Dinja wara li għelbu lill-Kroazja b’rebħa ta’ erba’ bi tnejn f’logħba sabiħa li kien fiha spettaklu ta’ gowls, iżda wkoll ta’ kontroversja bl-użu tas-sistema tal-VAR li wasslet ukoll għall-penalty favur it-tim Franċiż.

Il-Franċiżi reġgħu għollew it-tazza, l-aktar waħda prestiġġjuża fid-dinja tal-futbol wara għoxrin sena meta fi Franza stess, il-kowċ nazzjonali Franċiż Didier Deschamps kien għolla wkoll it-Tazza tad-Dinja bħala l-captain tat-team nazzjonali Franċiż b’rebħa fuq il-Brażil.

Aqra aktar

Aġġornat: Diżgrazzja fl-ajru: 71 passiġġier maħsuba mejta

Ajruplan Russu b’71 passiġġier ġie rrapportat nieqes wara li telaq mill-ajruport internazzjonali ta’ Domodedova f’Moska, ir-Russja. Dan kien ikkonfermat lill-midja Russa minn sorsri qrib is-servizzi tal-emerġenza.

L-ajruplan għib minn fuq ir-radar għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofsinhar ħin lokali (13.00) minn għoli ta aktar minn ħames t’elef pied. Fuq l-ajruplan kien hemm ħamsa u sittin passiġġier flimkien ma’ ekwipaġġ ta sitt persuni.

L-ajruplan tat-tip Antonov 148 telaq mill-ajruport ta’ Moscow Domodedovo lejn Orsk viċin tal-fruntiera ta l-Każakstan.

Send this to a friend