Ajruplan – Page 2 – One News

Notifiki

Ikompli jiżvolġi l-każ tal-ajruplan Franċiż li ġġarraf Malta sentejn ilu

Ħames aġenti tas-servizzi sigrieta Franċiża li mietu abbord l-ajruplan Fairchild Metroliner f’Ottubru ta’ sentejn ilu, kienu jagħmlu parti minn tim ta’ sorveljanza bl-operazzjonijiet tagħha jitmexxew minn dar f’Ħal Balzan.

Żvelat dan il-gażżetta MaltaToday wara li informazzjoni ġdida kixfet kif b’kollox 9 aġenti tas-servizzi sigrieta Franċiżi kienu qed jużaw lil Malta bħala bażi sabiex jissorveljaw armi Franċiżi fi triqithom lejn il-Libja.Aqra aktar

Għalliema akkużata b’atti sesswali ma’ student fuq ajruplan

Eleonor Wilson ta’ 29 sena minn Gloucestershire fl-Ingilterra qed taffaċċja akkużi li pparteċipat f’atti sesswali ma’ student fuq ajruplan. Hi qed tiċħad dawn l-allegazzjonijet u sejħitilhom ‘diżgustanti’.

Il-każ imur lura għall-2015 meta l-akkużata kienet fuq saffra ma’ tal-iskola, fosthom l-istudent li għamel dawn l-allegazzjonijiet.Aqra aktar

Jiġri wara ajruplan għaliex kien se jitlef it-titjira

Passiġġier li kien tard għat-titjira mill-ajruport f’Dublin ġie arrestat mill-Pulizija wara li ħareġ fit-terminal tal-mitjar jiġri u jgħajjat wara ajruplan sabiex il-pilota jieqaf jistennih.  Il-ka seħħ għall-ħabta tas-07:00 ta’ dalgħodu ħin lokali.  Ftit qabel ma seħħ il-każ, ir-raġel kien fl-ajruport fejn intlemaħ iħabbat mal-ħġieġa tat-terminal u jitlob lill-ekwipaġġ tal-mitjar sabiex iżommu l-ajruplan.

Send this to a friend