Ajruplan – One News

Notifiki

L-Air Malta għad trid tikkonviċi ruħha wara li l-UCC irrifjutat offerta għal erba’ darbiet qabel aċċettatha

L-Air Malta trid qbil permanenti fuq proċess fond ta’ ristrutturar li jassigura l-futur tal-linja nazzjonali tal-ajru wara l-pandemija. Fi stqarrija, is-Sibt filgħaxija, l-Air Malta qalet li kienet infurmata li disgħin fil-mija tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ tal-Air Malta vvutaw favur l-offerta tal-linja nazzjonali tal-ajru li biha l-ħaddiema li baqgħu d-dar u mhux jaħdmu jirċievu salarju ta’ elf u mitejn ewro fix-xahar.

One.com.mt huwa infurmat li l-vot sar wara li l-unjin tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ tal-Air Malta rrifjutat għall-erba’ darbiet il-pakkett soċjali tal-Air Malta. Fi stqarrija l-Air Malta nnutat li aktar qabel, il-kumitat eżekuttiv tal-unjin tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ vvota biex ma jħalliex lill-membri tal-unjin jagħtu l-opinjoni dwar l-offerta tal-Air Malta. “Kien wara li l-Air Malta kitbet lid-Dipartiment għar-relazzjonijiet industrijali u tal-impjieg u wriet l-intenzjoni li twaqqaf l-impjieg tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ, li l-unjin tal-ħaddiema tal-ekwipaġġ qablet li jittieħed vot fuq l-offerta tal-kumpanija tal-ajru”, sostniet l-Air Malta.

L-Air Malta saħqet li għad trid tikkonvinċi ruħha dwar ir-rieda tal-unjin sabiex il-linja nazzjonali tal-ajru jkollha assigurazzjoni li jintlaħaq qbil permanenti komprensiv. Fil-fatt l-Air Malta qalet li l-fiduċja bejn iż-żewġ partijiet ixxaqqet wara l-iżviluppi li ġraw. Intant il-unjin tal-bdoti, l-ALPA baqgħu ma weġbux dwar l-offerta tal-Air Malta.

Ajruplan Spanjol mhux aċċettat f’Malta wara li preżenta raġuni mhux valida

Ajruplan Spanjol li qal li kellu jinżel għat-tiswija fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta ma ġiex aċċettat mill-awtoritajiet Maltin wara li sar magħruf li ma kienx minnu li kien se jagħmel it-tiswija f’pajjiżna.

L-awtoritajiet Maltin irrifjutaw l-ajruplan A330-202 għaliex l-ajruplan ried jibqa’ fl-ajruport anki fl-isfond li bħalissa l-ajruport f’Ħal Luqa għandu limitu ta’ spazju li fih iżomm l-ajruplani peress li dawn mhux qed itiru.

L-ajruplan Spanjol deher itir f’għoli ta’ 7,000 pied għal aktar minn 20 minuta fin-nofsinhar tal-gżejjer Maltin sakemm imbagħad reġa’ tela’ f’iżjed għoli u kompla fi triqtu lejn Madrid.

ARA: Il-mument xħin ajruplan tal-passiġġieri ntlaqat minn missila

Diversi filmati miġbuda minn madwar Tehran l-Iran qed juru dak li tidher bħala missila tolqot l-ajruplan tat-tip Boeing 737 tal-linja Nazzjonali Ukrena. Tard il-Ħamis filgħaxija uffiċċjali tal-qawwiet Amerikani vverifikaw dawn il-filmati li bdew jiċċirkolaw ferm fuq diversi pjattaformi tal-midja soċjali. Il-President Amerikan ġie kkwotat jgħid li dan l-ajruplan intlaqat bi żball minn missila sparata mill-Armata Iranjana bħala ritaljazzjoni għall-attakk ta’ Donald Trump li permezz tiegħu nqatel il-Ġeneral Qassem Soleimani. Aqra aktar

Send this to a friend