airport – One News

Notifiki

Ajruplan Spanjol mhux aċċettat f’Malta wara li preżenta raġuni mhux valida

Ajruplan Spanjol li qal li kellu jinżel għat-tiswija fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta ma ġiex aċċettat mill-awtoritajiet Maltin wara li sar magħruf li ma kienx minnu li kien se jagħmel it-tiswija f’pajjiżna.

L-awtoritajiet Maltin irrifjutaw l-ajruplan A330-202 għaliex l-ajruplan ried jibqa’ fl-ajruport anki fl-isfond li bħalissa l-ajruport f’Ħal Luqa għandu limitu ta’ spazju li fih iżomm l-ajruplani peress li dawn mhux qed itiru.

L-ajruplan Spanjol deher itir f’għoli ta’ 7,000 pied għal aktar minn 20 minuta fin-nofsinhar tal-gżejjer Maltin sakemm imbagħad reġa’ tela’ f’iżjed għoli u kompla fi triqtu lejn Madrid.

Żieda fin-numru ta’ passiġġieri

Il-vaganzi tas-sajf ikkontribwew sabiex it-traffiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jilħaq 798,453 moviment tal-passiġġieri x-xahar li għadda. Din iċ-ċifra ssarraf f’żieda ta’ 5.6% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. Aqra aktar

REKORD għall-Ajruport – intuża ferm aktar f’temp ta’ sitt xhur

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien diġà rreġistra aktar minn 2,600,000 moviment tal-passiġġieri – żieda ta’ 20% fuq l-istess perjodu fl-2016.

Dan intqal f’konferenza tal-aħbarijiet li fiha l-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta Alan Borg ħabbar ir-riżultati tal-Ajruport għall-ewwel sitt xhur tas-sena.

L-aktar suq popolari baqa’ r-Renju Unit, u l-Italja, il-Ġermanja, Franza u l-Belġju jsegwu rispettivament.

L-aktar tliet ajruporti li ġabu passiġġieri lejn pajjiżna kienu Gatwick f’Londra, Fiumicino f’Ruma u Fontanarossa f’Catania.Aqra aktar

Splużjoni kbira qrib l-ajuport ta’ Damasku

Is-Syrian Observatory for Human Rights irrappporta fl-aħħar ħin li splużjoni kbira ħakmet l-inħawi viċin l-ajruport internazzjonali ta’ Damasku, fis-Sirja. Tant kienet qawwijja li setgħet tinstema’ minn diversi nħawi tal-kapitali Sirjana. Wara l-isplużjoni kien hemm nirien kbar viċin l-ajruport iżda s’issa għad m’hemm ebda rapport ta’ nies mejta jew midruba. Għad ma hemm ebda konferma min hu responsabbli għal dan.

EMERĠENZA: ajruplan jagħmel takeoff u landing f’temp ta’ minuti hawn Malta

Illum fil-11:40, ajuplan tat-tip Cessna 441 iddikjara stat ta’ emerġenza wara li telaq mill-Ajruport Internazjonali ta’ Malta. Minħabba ħsarat tekniċi, l-istess ajruplan kellu jdur lura u jabortixxi l-vjaġġ. L-ajruplan għamel inżul ta’ emerġenza f’Malta mill-ġdid. Ħaddiema tal-emerġenza fi ħdan l-ajruport attendew millewwel bħala miżura ta’ sigurtà, iżda l-ajruplan niżel mingħajr problemi, żewġ minuti wara nofsinhar.

 

Send this to a friend