Air Malta – One News

Notifiki

Il-Qorti tgħid li l-Air Malta kellha dritt tissensja 69 bdot

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba tal-unjin tal-bdoti, l-ALPA, biex ma jitkeċċewx 69 pilota minn mal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta.

F’digriet li ta l-Imħallef Toni Abela fil-Prim Awla Ċivili, ġie deċiż li l-Air Malta kellha dritt tkeċċi l-piloti wara li ma ntlaħaqx qbil dwar il-pagi tal-bdoti fi żmien ta’ sfida minħabba l-pandemija.

L-imħallef iddeċieda wkoll li l-Air Malta ma kelliex tnaqqas il-grad tal-bdoti.

L-Air Malta kienet ħadet id-deċiżjoni li jkunu ssensjati nofs il-piloti, wara li l-union tal-bdoti baqgħet tinsisti fuq skema għall-irtirar li tiswa €73 miljun.

Kienu saru bosta laqgħat twal bejn l-Air Malta u l-ALPA biex tiġi ssalvagwardjata s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tal-kumpanija tal-ajru.

Madanakollu, wara li l-union tal-bdoti insistiet fuq skema ta’ rtirar kmieni, li tfisser medja ta’ €700,000 għal kull bdot, il-linja tal-ajru Maltija ma kelliex għażla oħra, ħlief li tipproċedi bis-sensji ta’ 69 bdot.

L-Air Malta tkeċċi nofs il-bdoti wara li l-ALPA insistiet fuq €73 miljun għal skema tal-irtirar

L-Air Malta ħadet id-deċiżjoni li jkunu ssensjati nofs il-piloti, wara li l-union tal-bdoti talbet €73 miljun  għall-iskema tal-irtirar.

Fi stqarrija, kemm il-Gvern u anki l-Air Malta, qalu li l-linja nazzjonali tal-ajru għamlet bosta laqgħat twal mal-ALPA biex tissalvagwardja s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tal-kumpanija. Aqra aktar

L-Air Malta rċeviet aktar minn 40,000 talba għal rifużjoni

Mindu ngħalaq il-mitjar Malti minħabba l-imxija tal-Coronavirus f’pajjiżna, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, ikkanċellat aktar minn 5,000 titjira.

Dan fixkel il-pjanijiet tal-ivvjaġġar għal aktar minn nofs miljun passiġġier, u sal-lum l-Air Malta rċeviet aktar minn 40,000 talba għal rifużjoni, prenotazzjoni mill-ġdid, jew għażla ta’ wieħed mit-tliet vouchers offruti lill-klijenti tagħha. Aqra aktar

Mill-inqas żewġ titjiriet fil-ġimgħa lejn kull destinazzjoni

L-għada li saret magħrufa l-lista ta’ pajjiżi li Malta se tiftaħ għalihom u tibda topera t-titjiriet lejhom mill-ewwel ta’ Lulju, l-Air Malta intensifikat id-diskussjonijiet dwar il-possibilità ta’ rotot ġodda.

Ma’ dan l-istazzjon, iċ-Chairman tal-Air Malta Charles Mangion spjega li fil-jiem li ġejjin, l-Air Malta mistennija tħabbar skeda speċjali, b’mill-inqas żewġ titjiriet fil-ġimgħa lejn kull destinazzjoni. Aqra aktar

ARA: Ħidma imprezzabbli mill-Air Malta biex ġeru wasal għand familja li mtliet bil-ferħ

Ġeru li kellu jiġi minn Spanja f’Marzu, issa jinsab fi ħdan familja wara ħidma imprezzabbli mill-ħaddiema tal-Air Malta u tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u dawk Ewropej. Il-ġeru kellu jiġi minn Barċellona f’Marzu wara li fil-bidu tas-sena tħalla jikber ftit sakemm ikun jista’ jivvjaġġa fuq ajruplan.Aqra aktar

Send this to a friend