agenzija sapport – One News

Notifiki

L-Aġenzja Sapport qed tagħmel sejħa għal voluntiera sabiex jingħaqdu mat-tim ta’ Sharing Lives

L-Aġenzja Sapport qed tiftaħ sejħa għal voluntiera sabiex jingħaqdu mat-tim ta’ Sharing Lives. L-għan ta’ Sharing Lives, wieħed mis-servizzi li toffri l-Aġenzija Sapport lil persuni b’diżabilità, hu li joħloq opportunitajiet fejn voluntiera u persuni b’diżabilità jaqsmu esperjenzi flimkien, u joħloq kuntatt soċjali speċjalment għal dawk il-persuni b’diżabilità fejn is-sapport huwa limitat jew mhux eżistenti. Aqra aktar

Ara l-villaġġ tal-Milied li qed iħejju għalina wħud mill-persuni b’diżabiltà li huma msieħba mal-Aġenzija Sapport

Matul il-ġimgħa, persuni b’diżabilità li jattendu f’wieħed miċ-ċentri tal-Aġenzija Sapport qed itellgħu avveniment li matulu l-pubbliku jista’ jixtri prodotti u tiżjin għall-festi tal-Milied.

Prodotti mill-isbaħ maħdumin bl-idejn minn 500 persuna li jattendu għal sessjonijiet ta’ rikrejazzoni fil-11-il ċentru tal-Aġenzija Sapport minn madwar Malta u Għawdex.Aqra aktar

Tintemm it-tilwima bejn il-UĦM u l-Aġenzija Sapport

Dalgħodu l-UĦM issospendiet l-azzjonijiet industrijali li kienu fis-seħħ biex tkun tista’ ssir laqgħa b’għan ta’ ftehim aħħari mal-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali. Madanakollu baqa’ pendenzi li fuqhom ma ntlaħaqx qbil.

 Tard waranofsinhar il-laqgħa bejn il-union, l-entità governattiva u l-Ministeru konċernat komplew fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, liema laqgħat ġew moderati u mmexxija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar. Dawn it-taħdidiet wasslu għal ftehim finali.

 Il-UĦM irtirat b’hekk l-azzjonijiet industrijali u t-tilwima industrijali li kienet ilha għaddejja għal dawn l-aħħar jiem.

L-azzjonijiet industrijali fl-Aġenzija Sapport se jiġu sospiżi biex tinstab soluzzjoni

B’referenza għall-azzjonijiet industrijali ordnati mill-Union Ħaddiema Magħqudin fl-Aġenzija Sapport, dalgħodu s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Mark Musú stieden lill-UĦM biex tissospendi l-azzjonijiet b’mod immedjat u tersaq għad-diskussjoni dwar l-aħħar pendenza li fadal.Aqra aktar

“L-azzjonijiet tal-UĦM huma sproporzjonati u eċċessivi”

B’referenza għad-direttivi industrijali ordnati mill-Union Ħaddiema Magħqudin f’Aġenzija Sapport, is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva jħoss li l-azzjonijiet meħuda mill-UĦM huma sproporzjonati u eċċessivi, dan għaliex diġà ngħataw żidiet tajbin kemm fil-paga bażika u anke f’numru t’allowances li l-istess union taqbel magħhom.Aqra aktar

Jitnieda l-ewwel rapport ta’ sentejn ħidma tal-Aġenzija Sapport

 

Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis attenda għal forum bejn entitajiet u għaqdiet li jaħdmu fis-settur tad-diżabilità organizzat mill-Aġenzija Sapport, fejn tnieda l-ewwel rapport ta’ ħidma tal-Aġenzija Sapport minn meta saret aġenzija awtonoma f’April 2016.

Aqra aktar

Send this to a friend