afganistan – One News

Kważi 30 mejta f’żewġ attakki fl-Afganistan

Attakk suwiċida fl-Afganistan ħalla minn tal-anqas 24 persuna bla ħajja. L-attakk jidher li seħħ waqt ralli tal-elezzjoni li bħalissa għaddejja bil-pajjiż, ftit ‘il barra mill-kapitali, Kabul. Splużjoni oħra fiċ-ċentru ta’ Kabul ħalliet tliet persuni mejta.

It-Talibani refgħu ir-responsabbiltà għal dawn iż-żewġ attakki, li fi kliemhom kienu parti minn kampanja ta’ attakki li kellhom ippjanati għal waqt l-allegat diskussjonijiet ta’ paċi ma’ pajjiżi oħra.
Aktar kmieni dan ix-xahar, il-President Amerikan Donald Trump qal li negozjati ma’ dan il-grupp huma ‘mejta’.

Ambulanza bomba toqtol 95 u tferi 158 persuna f’Kabul

Minn tal-inqas 95 persuna mejta u madwar 140 persuna feruta wara li ambulanza kienet mimlija bl-isplussivi, f’Kabul, l-Afganistan.

L-attakk seħħ viċin l-uffiċini tal-Unjoni Ewropea, għadd t’uffiċini ta’ ambaxxaturi u l-kwartieri tal-pulizija, fejn hemm sigurtà stretta. Dan sar fis-siegħa neqsin kwart ta’ wara nofsinhar, ħin Afgan, wara li l-ambulanza bl-isplussiv għaddiet mill-ewwel checkpoint.

Il-Pulizija ddentifikat li l-aggressur qabeż it-tieni punt ta’ sigurtà, iżda ma setgħux iwwaqfuh qabel ma sploda l-isplussiv. Kelliem għal Ministru tas-Saħħa kkonferma dawk feruti, li ttieħdu fl-isptarijiet tal-madwar. Il-militanti tat-Taliban ħadu r-responsabilità ta’ dan l-attakk.

Dan qed jitqies li kien wieħed mill-agħar attakki f’Kabul fl-aħħar żmien.

Qed jidher raġel bla ras ġo skola

Forsi hemm min jghid li mhux veru jew li huwa ritratt editjat, imma dan seħħ tassew fi skola fl-Afganistan.

Fis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar entità stramba qed tagħmel dehra spissa. Hemm żgħażagħ li qalu li ma raw xejn waqt li oħrajn għelbu l-kurżità u daħlu jiffilmjaw.

Huma nnutaw biss l-entità wara li raw il-vidjow fuq il-kompjuter tagħhom meta marru d-dar.

Sitta mejta u mijiet oħra ostaġġi fl-Afganistan

Sitt persuni inqatlu filwaqt li sa’ issa sitta, sfaw midruba waqt attakk li sar f’’ lukanda lussuża f’ Kabul fl-Afghanistan.

L-attakk damm għall-aktar minn tnax il-siegħa hekk kif diversi resident fil-lukanda nżammu ostaġġi, meta tlett irġiel fetħu n-nirien permezz ta’ armi tan-nar u ‘hand grenades’ f’ din il-lukanda. 
Eventwalment dawn l-aggressuri nqatlu wkoll. Fost is-sitt innoċenti maqtula hemm ħames persuni ta’ nazzjonalità Afgana u turist.

L-attakk seħħ wara li tlett irġiel fetħu n-nirien permezz ta’ arma f’ din il-lukanda u li mbagħad l-istess irġiel inqatlu mill-Pulizija.
Sa’ issa diġ aġew salvati mal-mija u sittin persuna minn din il-lukanda ta’ ħames stilel Intercontinental.
L-isparaturi seħħew ilbieraħ fil-għaxija.

Sa’ issa l-ebda grupp militanti għadu ma’ ħa r-responsabilita ta’ dan l-attakk madankollu fl-elfejn u ħdax grupp Taliban kien attakka lil din il-lukanda.

 

Tlettax-il persuna mejta wara bomba suwiċida

Bomba suwiċida f’karozza ħalliet minn tal-inqas 13-il persuna mejta fil-belt tal-Afganistan, Khost.

Minn tal-inqas żewġt itfal huma fost dawk li ndarbu.

L-aggressur immira biex jolqot vetturi tal-Pulizija. S’issa l-ebda grupp terroristiku ma’ qal li hu responsabbli għal dan l-attakk.

Hu maħsub li x’aktarx dan l-attakk twettaq mit-Talibani.

Ħmistax-il suldat maqtula fl-Afganistan

Minn tal-inqas 15-il suldat mill-Afganistan tilfu ħajjithom waqt attakk mit-Talibani li seħħ fuq il-bażi militari fil-provinċja ta’ Kandahar.

Ħames suldati oħra ndarbu waqt l-attakk fil-faċilità fl-istat ta’ Shah Wali Kot.

Dan seħħ erbat ijiem biss wara li 10 suldati mill-Afganistan inqatlu meta l-militanti Talibani daħlu f’bażi oħra fl-istess żona.

It-Talibani kienu qalu li huma kienu li wettqu l-attakk.

Send this to a friend