RIŻENJA WARA LI GRECH SAR KAP: “Mela l-PN tar-Repubblika u tal-Occupy Justice?” – Deborah Mifsud

Deborah Mifsud, li ftit sigħat wara li Bernard Grech laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista ħabbret li mhux se tibqa’ tirrappreżenta l-partit fil-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara, staqsiet x’riedet il-klikka li reġgħet ħakmet il-partit.

Mifsud qalet, “Il-klikka taf x’iridu? Li r-Repubblika tieħu over. Mela l-Partit Nazzjonalista tar-Repubblika? Mela l-Partit Nazzjonalista tal-Occupy Justice?”Aqra aktar

BIL-FILMAT: “Ir-rivoluzzjoni li ridt nagħmel fil-PN irreżistewha l-elementi konservattivi” – Adrian Delia

F’konferenza tal-aħbarijiet, Adrian Delia kkonċeda t-telfa fl-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. Huwa awgura lil Bernard Grech u qal li se jkun leali lejh. Qal li r-rivoluzzjoni li ried jagħmel fil-Partit Nazzjonalista  kienet prematura u kien hemm wisq elementi konservattivi fil-partit li riedu jirreżistuha.

Huwa saħaq li għalkemm qed joffri l-lealtà lejn Bernard Grech u anki jirrispetta d-deċiżjoni tat-tesserati huwa mhux qed ibaxxi rasu. Saħaq li l-messaġġ tan-nies mhuwiex indirizzat biss lejn il-Kap iżda anki lejn id-deputati.

Wara li kien ġie sfiduċjat biex finalment issa tqaċċat minn Kap, qal li hu jemmen fid-demokrazija.

B’ton miksur stqarr li ser ikun qed jagħmel minn kollox sabiex l-għajta tiegħu fil-Partit Nazzjonalista tkompli tinstema’. Qal li dawk kollha li kienu warajh u huma mweġġa’ ma tilfux u l-ġlieda tagħhom għadha għaddejja. “Ejja nneħħu l-politika tal-mibegħda internament”, saħaq Adrian Delia hekk kif deher viżibilment diżappuntat.

 

ARA: Dak kollu li ġara tul il-jum tas-Sibt fid-Dar Ċentrali

one.com.mt se jkun qed iżommkom aġġornati kontinwament bl-aħħar żviluppi mill-Istamperija tal-Partit Nazzjonalista f’Tal-Pietà. Matul il-jum tas-Sibt vvutaw l-aħħar round ta’ tesserati f’elezzjoni qalila bejn il-Kap attwali Adrian Delia u l-kandidat tal-establishment Nazzjonalista Bernard Grech.

Aqra aktar

Send this to a friend