adrian delia – Page 44 – One News

Notifiki

ESKLUSSIVA: Claudette Buttigieg tlaqqatha wara l-intervista tat-Times

Id-deputat Nazzjonalista, Claudette Buttigieg, li hija wkoll impjegata bħala Human Resoursces Manager fid-Dar Ċentrali laqtitha wkoll.

ONE NEWS jista’ jikkonferma li wara intervista mat-Times of Malta fejn sabitha diffiċli ssib ma xix taqbel mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, Buttigieg ingħatat l-aħbar li mhux se żżomm il-kariga li għandha.

Jirriżulta li n-nies ta’ madwar Delia jriduha barra mill-istamperija. Għalkemm f’dan l-istadju mhux eskluż li jirnexxielha tinnegozja xi ħaġa oħra kif għamel Fabian Demicoli li spiċċa minn kap tal-kamra tal-aħbarijiet.

Għalkemm lil Buttigieg qalulha li se tispiċċa bl-iskuża ta’ ristrutturar, kemm hi u kemm persuni oħra fil-Partit Nazzjonalista, jafu sew li dan mhux il-każ.

Buttigieg, meqjusa fost il-ftit liberali fil-Partit Nazzjonalista, għandha linja ta’ ħsieb differenti ħafna minn ta’ Delia tant li mat-Times of Malta qalet li l-mozzjoni tiegħu dwar l-IVF kienet bħal żelqa fuq qoxra ta’ banana.

Bħal f’każi oħra kienu Pierre Portelli, il-Kap Eżekuttiv ta’ media.link u Clyde Puli, Segretarju Ġenerali li kkomunikaw ma’ Buttigieg għax Adrian Delia fid-Dar Ċentrali rari jkun preżenti u f’dawn l-okkażżjonijiet, jisparixxi għal kollox.

Buttigieg hija magħrufa wkoll bħala waħda mill-iktar deputati li kienu qrib Simon Busuttil tant li kien ħatarha bħala deputat speaker.

Attakk fuq Tarxien Rainbows għax il-PL kien stmat bħal Delia

Il-midja tal-Partit Nazzjonalista fetħet attakk fuq Tarxien Rainbows FC għax il-Partit Laburista kien stmat l-istess bħalma kien stmat Adrian Delia, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Il-Ħadd filgħodu l-Partit Laburista għamel użu minn sala li hemm fil-kwartieti tal-klabb ta’ Tarxien Rainbows biex organizza l-laqgħa pubblika ta’ nhar ta’ Ħadd. B’reazzjoni għal dan il-midja tal-PN qalet li Tarxien Rainbows kienu qed jiksru l-istatut tal-MFA u li kien hemm rabja kbira għalihom.

Iżda, jirriżulta li kien Adrian Delia l-ewwel miż-żewġ mexxejja politiċi li uża din is-sala għal attivita politika. Saħansitra kkonferma dan is-Segretarju tal-klabb, is-Sur Joe Spiteri. “Adrian Delia meta kien qed jikkontesta t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista għamel attivita politika fil-każin. Delia politiku, ma ġiex hawn biex jagħmel attivita tal-futbol. Hawn intlaqa’ fl-istess post fejn kien il-Prim Ministru. Fl-istess post fejn kien il-Prim Ministru għamel attivita hu,” qalilna s-Sur Spiteri.

Is-Segretarju ta’ Tarxien żied ukoll li jekk kemm-il darba Delia jerġa’ jitlob permess juża s-sala hu jingħata permess jagħmel dan. “Jekk jistaqsina biex juża s-sala jista’ jgħamilha mingħajr problema ta’ xejn. Jekk xi ħadd jiġi jistaqsina biex juża jew jikri s-sala tagħna m’għandniex problema. Aħna m’għamilniex attivita politika. Jekk Adrian Delia jgħoġbu jerġa’ juża s-sala tagħna nerġgħu ntuh permess. M’aħniex nippreferu partit politiku,” qal is-Sur Spiteri.

 

Rapport kif deher fil-midja nazzjonalista:

Karol Aquilina ħalla lil Delia jgħaffeġ

Il-kelliem għall-Ambjent tal-Partit Nazzjonalista, Karol Aquilina, ħalla lill-Kap tal-Partit, Adrian Delia, jieħu żball oħxon bin-nomina ta’ Janice Chetcuti fuq il-bord tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi (ERA).

Il-gazzetta KullĦadd tista’ tikkonferma li l-ġimgħa li għaddiet fil-Partit Nazzjonalista kienu qed jitkellmu dwar lil min se jaħtru fuq il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni minħabba l-kritika li kienu ilhom jiffaċċjaw xhur.

Dan għaliex il-Kummissjoni kienet wieqfa milli taħdem minħabba li kien jonqos in-nomina tal-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit Demokratiku, il-partit l-ieħor fl-oppożizzjoni kien qed jagħmel pressjoni kbira biex in-nomina jagħmilha hu.

Aqra aktar

Delia kontra l-ambulanza tal-ajru li salvat 44 ħajja

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ħareġ qatta’ bla ħabel kontra s-servizz ta’ emerġenza permezz ta’ air ambulance li l-Gvern qed iħallas għall-pazjenti Għawdxin li jkollhom bżonn kura f’Malta. Fis-seduta parlamentari tal-Erbgħa li għadda, Delia ddikajra li dan is-servizz qatt ma ntuża u l-Gvern qed iħallas għalih eluf ta’ ewro kuljum.

Jumejn qabel fil-Parlament, il-Viċi Prim Ministru Chris Fearne wieġeb lid-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi li mindu beda jingħata s-servzz ta’ air ambulance li hija attrezzata b’tagħmir mediku, erbgħa u erbgħin pazjent Għawdxi nġiebu Malta għall-kura fl-inqas ħin possibbli.
Aqra aktar

Rebus wara li nkixfu s-salarji tal-ogħla uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista

Wara li l-gazetta ‘Kulħadd’ żvelat s-salarji tal-ogħla uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista, inħoloq rebus fost il-grupp ta’ madwar il-Kap Adrian Delia.

Dan għax dawk li ħadu l-ħatriet tal-Partit Nazzjonalista spiċċaw iridu jiddefendu ruħhom mal-kunsillieri u l-attivisti li qed jaraw il-każini li ħadmu għalihom jinbiegħu fl-istess ħin li nies bħal Pierre Portelli u Clyde Puli wrew li huma mhux  beħsiebhom jagħmlu tant sagrifiċċju ladarba appoġġjaw lil Delia biex isir Kap.

Pierre Portelli u Clyde Puli se jkunu qed idaħħlu madwar €90,000 fis-sena u dwar dan ma kien hemm ebda ċaħda uffiċjali mill-Partit Nazzjonalista. Kien biss meta dawn id-dettalji, żvelati mill-Kulħadd, nqabdu wkoll mill-Maltatoday li Pierre Portelli u Clyde Puli bagħtu messaġġ jippruvaw jiċħdu l-fatti mingħajr ma ppubblikaw xejn li juri l-kuntrajru.

Ivan Bartolo u Jean Pierre Debono, wieħed business development manager u l-ieħor Direttur li se jibqa’ jagħmel l-istess xogħol ta’ Assistent Segretarju Ġenerali għandhom pakkett ta’ €60,000 u €50,000 fis-sena rispettivament. Direttur ukoll se jkun Dione Borg.

Tagħrif li kellha l-gazzetta, juri li hemm madwar 15-il deputat li qed jgħidu lil Delia biex jippubblika l-kuntratti ta’ dawk ta’ madwaru f’att  ta’ trasparenza u kredibbiltà.

Xi ħaġa li Delia qed jirreżisti għax qal li dan qatt ma sar. Imkejjen fil-Partit Nazzjonalista spjegawlna wkoll li hemm raġunijiet oħra għaliex dan jista’ jkun ma jsirx li dettalji dwarhom jafu joħorġu fiż-żmien li ġej.

Meta ffaċċjat internament Delia qed jipprova jagħti l-impressjoni li dak żvelat ma kienx minnu u qal li dan sar għax il-Partit Laburista jrid iħarbatlu l-ġbir ta’ fondi.

Però din mhux tinżel. Għaldaqstant, id-deputati qed jisfidaw lil Delia sabiex jippubblika l-kuntratt. Tul din il-ġimgħa, ħafna argumentaw li qabel l-Partit Nazzjonalista jmur jiġbor il-flus, għandu jkun trasparenti.

Brussell l-uniku qbil ta’ Busuttil u Delia

 

  • VIĊIN FTEHIM BIEX JIKKONTESTA L-ELEZZJONIJIET TAL-MEPS

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, u l-Kap ta’ qablu, Simon Busuttil, jidher li qed jaqblu fuq ħaġa waħda. Dik li l-karriera politika ta’ Simon Busuttil għandha tissokta Brussell billi dan jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Simon Busuttil li tul is-snin dejjem kien imbuttat mill-establishment tal-Partit Nazzjonalista spiċċa sofra l-ikbar disfatta politika fl-istorja tal-istess partit bit-tmexxija tiegħu tfisser telfa wara l-oħra u saħansitra partit fallut. Għaldaqstant qed iqis li l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, fejn x’aktarx iġib ammont ta’ voti minħabba li huwa eks Kap, tkun l-okkażjoni fejn jinġabar xi ftit.Aqra aktar

IL-PN B’IKTAR BEJGĦ TA’ KAŻINI

Ikompli l-bejgħ tal-każini tal-Partit Nazzjonalista, hekk kif mistenni li jekk dan ma jsirx, il-finanzi tal-Partit ma jwasslux sa iktar minn tmiem Jannar.

Żvelat dan il-gazzetta Maltatoday, li filwaqt li tikkonferma dak żvelat mill-gazzetta KullĦadd nhar il-Ħadd li għadda – iġifieri li se jinbiegħu l-Każini ta’ Fleur-De-Lys u Ħal Għaxaq – żiedet magħhom dawk tan-Naxxar u ż-Żejtun.

Aqra aktar

Irid lil Simon Busuttil jibqa’

Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo m’għandux l-istess fehma li għandu l-Kap tiegħu Adrian Delia dwar Simon Busuttil.

F’konferenza li għaliha kien hemm preżenti biss ġurnalista ta’ ONE News u cameraperson tan-NET, iddikjara li ma jdejqu xejn li Busuttil jibqa’ parti mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.

Vassallo qal “Għalija ma jdejjaqni xejn li Simon Busuttil jibqa’ wieħed mill-Grupp Parlamentari.”

Aqra aktar

Mijiet jinjoraw lil Delia

Mijiet ta’ membri tal-Kunsill Ġenerali injoraw il-block vote li qasmu n-nies ta’ Adrian Delia u għażlu nies li jirrappreżetaw fazzjonijiet oħra fil-Partit Nazzjonalista.

Anke jekk numru ta’ nies ta’ Delia kienu eletti fl-eżekuttiv, b’mod partikolari dawk li għandhom sehem importanti fil-midja, ir-riżultat juri li l-Partit Nazzjonalista baqa’ maqsum minn nofs. Kif wara kollox wera r-riżultat bejn Ċensu Galea u Kristy Debono.

B’imkejjen fid-Dar Ċentrali jsostnu li kollox jindika li Delia ftit li xejn għamel avvanz minn meta nħatar kap.Aqra aktar

Delia għandu jitlob inkjesta minn rajh u mhux jistenna lil min jitlobha dwaru

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, ma jistax jibqa’ jaħrab ir-realtà. Fi programm fuq ir-Radju iktar kmieni llum ikkonferma li l-mozzjoni tad-deputat Chris Said tressqet bil-moħbi tiegħu.

L-uniku ħaġa ġdida li qed jitlob Said hu li jiġi investigat il-Kap tal-Oppożizzjoni. B’ħafna tidwir tal-kliem, Adrian Delia qed jipprova jargumenta li hu ma jistax jiġi investigat bil-mozzjoni ta’ Said.Huwa qed jgħid li l-kariga Kostituzzjonali ta’ Kap tal-Oppożizzjoni ma tgħamlux uffiċjal pubbliku.Aqra aktar

Send this to a friend