Notifiki

‘Hija tal-mistħija kif il-Knisja falliet milli tindirizza reati ta’ abbuż sesswali mill-kleru’- Il-Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku qal li hija tal-mistħija kif il-Knisja Kattolika falliet milli tindirizza b’mod adattat r-reati ta’ abbuż sesswali mill-kleru. Dan wara li aktar kmieni, il-Prim Ministru Irlandiż wassal twissija iebsa lill-Papa biex jieħu azzjoni kontra l-kleru involut f’abbuż fuq it-tfal.Aqra aktar

Jinżamm arrestat il-pulizija mixli bi stupru fuq żewġ membri tal-korp

Inżamm arrestat il-ġuvni li qed jiġi akkużat bi stupru u attentat fuq il-pudur ta’ żewġ membri tal-Korp tal-Pulizija. L-allegat stupru seħħ ġewwa l-bini tal-għassa filwaqt li l-attentat fuq il-pudur seħħ ġewwa vettura tal-Korp.

Kmieni dalgħodu l-ġuvni li ismu ma jistax jixxandar irreżenja wkoll mill-Korp tal-Pulizija.

Minħabba n-natura sensittiva tal-każ, il-Qorti ordnat li isem l-guvni ma jistax jixxandar sabiex tipproteġi l-identita l-vittmi.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Jgħaffġu wiċċ tarbija tat-twelid biex jidħku

 

Grupp ta’ erba’ infermiera mis-Saudi ġew imkeċċija minn sptar f’Taif fis-Saudia Arabja stess. Kellhom ukoll il-liċenzja ta’ infermiera rrevokata.

Dan ġara malli nxtered filmat fuq il-mezzi soċjali wara li l-grupp ta’ infermiera ffilmjaw lilhom nfushom jgħaffġu wiċċ it-tarbija tat-twelid li ddaħlet l-isptar minħabba li kellha infezzjoni, sempliċiment biex jidħku.

 

Ta’ 41 sena mixli li kellu x’jaqsam ma’ tifla ta’ 12-il sena u li mess oħra ta’ 10 snin

Raġel ta’ wieħed u erbgħin sena mill-Isla ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u baqa’ jinżamm arrestat fuq akkużi li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ żewġt’ibniet ta’ għaxra u tnax–il sena rispettivament.

Lesley Vella tressaq il-Qorti akkużat li x-xahar li għadda, f’Ħal Qormi u lokalitajiet oħrajn, uża t-teknoloġija biex ikkomunika mat-tifla ta’ tnax –il sena.Aqra aktar

Qormi jammetti li kkorrompa tifel taħt l-età

Fil-Qorti Qormi ta’ 61 sena ammetta li kkorrompa tifel ta’ 15-il sena.
L-akkużat li diġà huwa reċediv, hekk kif kien instab ħati fuq akkużi simili, ġie mixli li fil-jum tal-Erbgħa wettaq att vjolenti għall-pudur ta’ minuri.
Kemm il-Prosekuzzjoni u d-Difiża ftehmu li qabel tingħata s-sentenza mill-Maġistrat Grazio Mercieca jsir rapport minħabba li skont l-ispettur l-akkużat jeħtieġ trattament.

Aqra aktar

Attakka lill-eks sieħba tiegħu

Raġel ammetta li agredixxa u anke attakka lill-eks sieħba tiegħu l-Ħadd li għadda. Quddiem il-Maġistrat Grazio Mercieca, Seajay Cardona ta’ ħamsa u għoxrin sena kien akkużat li kkawża ġrieħi ħfief fuq l-eks sieħba tiegħu, li heddidha u li anke kiser kundizzjonijiet imposti fuqu f’Diċembru li għadda.Aqra aktar

Wara għaxar snin jinħeles minn akkużi ta’ abbuż sesswali fuq bintu

Missier kien illiberat mill-akkużi li abbuża sesswalment minn bintu ta’ tliet snin. Dan wara battalja ta’ għaxar snin fil-Qorti fejn il-missier argumenta li l-akkużi fil-konfront tiegħu saru biex issirlu l-ħsara.

Illum ir-raġel għandu 38 sena u f’Marzu 2006 meta beda l-każ ir-raġel u martu kienu għaddejin minn separazzjoni.

Meta jum fost oħrajn bintu kienet miegħu talbet li tmur id-dar ta’ ommu għax kienet ma tiflaħx.

Aqra aktar

Joħorġu jipprotestaw fl-Afrika t’Isfel f’isem nisa u tfal abbużati

Mijiet ta’ dimostranti, il-maġġoranza tagħhom irġiel, ħarġu fit-toroq tal-kapital tal-Afrika t’Isfel, Pretoria, jipprotestaw minħabba ż-żieda fil-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal.

Wieħed mill-organizzaturi, Kholofelo Masha, qal li l-irġiel kellhom jieħdu responsabbiltà kollettiva dwar iż-żieda ta’ każijiet ta’ swat, attakki sesswali u kif ukoll qtil.

Aqra aktar

ĦADMA TAJBA; jinnegozja dar għalih personali u mill-gvern jara li tkun kif xtaqha hu

F’perjodu fejn Jason Azzopardi kien qed jinnegozja proprjetà għalih personali, bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet ra li jibda l-proċess biex dik id-dar ma tibqax fuq konvenju mal-Awtorità tad-Djar kif kienet ilha għal snin twal. Naturalment, biex sar dan ħallas il-gvern.

Dan ifisser li b’deċiżjonijiet tiegħu stess meta kien responsabbli politikament, Jason Azzopardi għalaq f’ħames xhur proċess li għal eluf ta’ Maltin ma ngħalaqx fi tliet deċennji.

Dokumenti u riċerki li ppubblikat il-gazzetta KullĦadd isegwu pass pass l-istorja tal-proprjetà numru 12 fi TriqKlematis, f’Santa Luċija. Il-proprjetà b’veduta ta’ diversi għelieqi llum hi tax-shadow minister Nazzjonalista.

Hija proprjetà li akkwista meta kien membru tal-Kabinett u skont tagħrif żvelat il-KullĦadd jirriżulta li hemm xamma kbira ta’ abbuż ta’ poter u nuqqas ta’ etika kbira min-naħa tiegħu.

Iżda, x’inhu l-każ?

Fl-imgħoddi, partikolarment  s-snin sebgħin u tmenin, gvernijiet differenti esproprjaw artijiet għal skop ta’akkomodazzjoni soċjali. Iżda minkejja li għaddew għexieren ta’snin is-sidien oriġinali baqgħu qatt ma tħallsu. B’hekk il-familji li daħlu f’dawn id-djar kien għad ma kellhomx titlu tal-art u qatt ma sar kuntratt, tant li kienu fuq konvenju. Bħal dawn għad hawn diversi każi.

Iżda, mhux hekk ġara fil-każ ta’ Jason Azzopardi. Fl-ewwel ġimgħat tal-2010 hu u martu tefgħu għajnejhom fuq proprjetà li riedu jagħmluha tagħhom. Dar imdaqqsa b’veduta ta’ għelieqi u r-raħal ċkejken ta’ Ħal Għaxaq.

B’hekk dik is-sena Jason Azzopardi bdieha jinnegozja ma’ koppja bil-kunjom Debono biex jixtri l-proprjetà tagħhom. Sa hemm xejn ħażin.

Iżda, mistoqsijiet kbar iqumu dwar kif waqt li kien għaddej b’dawn in-negozjati, id-Dipartiment tal-Artijiet li tiegħu kien responsabbli hu pprepara valutazzjoni tal-art li fuq parti minnha hi mibnija d-dar li Azzopardi ried jagħmel tiegħu.

Stima li saret fuq l-2010 bil-prezzijiet tal-1983. Prezzijiet ta’ 27 sena qabel. L-istima saret biex il-gvern iħallas tal-art u dak li kien fuq konvenju jsir kuntratt u b’hekk il-proprjetà li ried jikseb Azzopardi tkun iktar fis-sod.

Din l-istima saret fit-2 ta’ Marzu tal-2010 u 13-il jumbiss wara Jason Azzopardi nnifsu, bħala Segretarju Parlamentari, awtorizza li jibdew isiru l-preparamenti biex tinħareġ dikjarazzjoni tal-President fuq din l-art biex il-gvern iħallas lis-sidien oriġinali u tingħata iktar valur.

Dan filwaqt li eluf ta’ familji oħra kienu għadhom qed jistennew li ssir din it-tip ta’ ġustizzja magħhom.

Filwaqt li kien għaddej dan kollu, Jason Azzopardi kien qed jagħlaq mal-koppja Debono, tant li  fis-7 ta’ April, dawn talbu lill-Awtorità tad-Djar biex jitħallew jittrasferixxu d-drittijiet li kellhom fuq il-konvenju mal-Awtoritàtad-Djar lil Jason Azzopardi, li kien is-Segretarju Parlamentari responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet.

B’ħeffa liema bħalha, l-għada, wieġbet l-Awtorità li aċċettat li jsir dan it-trasferiment.

Ladarba kien hemm din il-barka pronta, il-kuntratt bejn il-koppjaDebono u Jason Azzopardi sar 21 jum wara. Il-proprjetà, Jason Azzopardi xtraha għal €298,160.

Fil-5 ta’ Mejju, 11-il jum ieħor wara dan il-kuntratt, ħarġet id-dikjarazzjoni tal-President biex parti mill-art li fuqha kienet mibnija d-dar tkun akkwistata mill-gvern. Eventwalment l-art in kwistjoni ġiet trasferita mid-Dipartiment tal-Artijiet lill-Awtorità tad-Djar  fis-17 ta’ Mejju. Fil- fatt, proprjetajiet  fl-istess sitwazzjoni ta’ dik li kienet  ha l-proprjetà ta’ Jason Azzopardi hawn mijiet. Fil-fatt hawn bostafamiljiligħadhom l-limbu u ma sarux sidien ta’ djarhom. Xi ħaġa li żżommhom ukoll milli jbigħu l-proprjetà tagħhom.

Iktar tard sar il-kuntratt li bih l-art għaddiet għand Jason Azzopardi mingħand l-Awtorità tad-Djar.

B’hekk, dak li kienu ilhom jiġġieldu għalih 36 sena l-koppjaDebono, ingħalaqf’ħames xhur biss b’Jason Azzopardi jmexxi proċess li kien jaf li se jgawdi minnu.

Għax  filwaqt li kien qed jinnegozja proprjetà għalih u għal martu kien qed juża l-poter ta’ Segretarju Parlamentari biex jara li t-titlu tal- art tkun kif jixtieq hu.

 

 

 

 

 

Dokumenti u provi kienu ppubblikati fil-gazzetta KullĦadd tal-lum. 

Send this to a friend