Notifiki

Se jerġa’ jinstema’ l-każ ta’ Sirjan li kien instab ħati ta’ abbuż sesswali

Il-Qorti tal-Appell Kriminali ordnat li għandu jerġa’ jinstema’ l-każ ta’ Sirjan li kien instab ħati ta’ abbuż sesswali fuq tfajla Maltija.

Najm Fahd ta’ 23 sena kien ġie kkundannat erba’ snin u nofs ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati li fi żmien il-Milied tal-2015 ipparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ tfajla ta’ 16-il sena, li żammha kontra r-rieda tagħha, li attakkaha, u li kien taħt l-influwenza tax-xorb f’post pubbliku. Fil-Qorti kien instema’ li s-Sirjan gidem lit-tfajla u poġġa jdejh taħt id-dublett tagħha, qabel ma’ din iġġielditlu u ħarab.Aqra aktar

Sospiż il-gwardjan mixli li abbuża tifla ta’ 15-il sena

Il-Gwardjan tal-Ħabs li allegatament stupra żewġ tfajliet priġunieri ġie sospiż, u aktar informazzjoni dwaru ngħaddiet lill-Pulizija għall-investigazzjoni.

Fi stqarrija, il-Ministru Michael Farrugia saħaq li dan l-allegat każi ta’ abbuż jittieħdu b’serjetà kbira, tant li mill-mument li l-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ġew infurmati bl-ewwel allegazzjoni, l-uffiċjal korretiv tneħħa mis-sezzjoni YOURS sakemm saru l-investigazzjonijiet meħtieġa. Aqra aktar

AĠĠORNAT: Gwardjan tal-ħabs li abbuża tifla ta’ 15-il sena ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest

Joseph Zammit ta’ 52 sena, u li hu Gwardjan tal-Ħabs, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li stupra tfajla ta’ 15-il sena u abbuża sesswalment tfajla oħra tal-istess età. Huwa ġie mixli li wettaq dawn l-abbużi bejn Lulju u Ottubru li għadda, waqt li t-tfajliet kienu arrestati fil-ħabs tal-Imtaħleb magħruf bħala l-YOURS.Aqra aktar

Send this to a friend