Notifiki

Sabet ruħha mdawwra minn 33 raġel

Sitt irġiel u minorenni se jkunu akkużati f’Rio de Janiero bl-abbuż sesswali ta’ tifla ta’ sittax-il sena, filwaqt li ppublikaw ritratti u filmati fuq l-internet.

L-investigatur ewlieni fuq dan il-każ bagħtet l-aħħar konklużjonijiet tagħha lill-prosekuturi, fejn talbithom biex ikunu arrestati s-sebgħa li huma.

Il-vittma qalet li hija sfat drugata wara li marret għand is-sieħeb tagħha, u qamet f’dar differenti mdawwra minn 33 raġel.

Aqra aktar

Spettur jgħid li għadda minn martirju biex wettaq ġustizzja

L-Ispettur Sandro Camilleri tkellem dwar il-każ ta’ Emanuel Camilleri, li nħeles mill-ħabs wara li nstab li l-akkużi li kien abbuża minn bintu kienu foloz.

L-ispettur qal li waqt li nvestiga l-każ biex ifittex is-sewwa, fizzjali tal-korp daru kontra tiegħu, sab bsaten fir-roti mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u żied li fil-qorti spiċċa qisu ‘ping pong’ idur u jgħaqqad bl-addoċċ.

Aqra aktar

L-Azzjoni Kattolika dwar id-‘dnubiet orrendi’

“Nixtiequ ninnutaw kif il-Knisja għarfet l-iżbalji gravi li kienu qed isiru minn xi persuni fi ħdanha u qed taħdem biex dawn id-dnubiet orrendi ma jibqgħux iseħħu u li jekk iseħħu jiġu mikxufa u ndirizzati kemm jista’ jkun malajr u fl-akbar interess u ġid tal- persuna vulnerabbli”.

Dan qalitu l-Azzjoni Kattolika Maltija, li tirrappreżenta lajċi Kattoliċi. Fi stqarrija laqgħu r-rapport maħruġ mis-Safe Guarding Commission tal-Knisja Maltija fil-bidu ta’ dan ix-xahar. L-Azzjoni qalet li hu fl-interess tagħha li jkunu aċċertati li l-Knisja tagħmel kull ma tista’ biex tassigura li jiġu evitati u ndirizzati kull każ ta’ abbuż.

Aqra aktar

Akkużat li abbuża lil bintu

Raġel qed jinżamm taħt arrest fuq akkużi li pparteċipa f’attivitajiet sesswali, u kkorrompa lil bintu ta’ tmien snin li tbati bid-Down Syndrome.

Il-Pulizija saħqu quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia li l-Aġenzija Appoġġ għaddiet informazzjoni dwar każ t’abbuż ta’ tifla. L-Investigazzjonijiet bdew wara li sar rapport ukoll mill-iskola li tattendi l-istess tifla.

Aqra aktar

Il-Knisja b’ħafna abbuż ‘falz’

Minn 27 ilment li rċeviet is-Safeguarding Commission tal-Kurja dwar tfal vulnerabbli bejn Frar u Diċembru 2015, kien hemm każ wieħed fejn l-allegazzjoni ġiet sostanzjata. F’dan il-każ il-Kummissjoni rrakomandat li jittieħdu l-passi meħtieġa.

L-ilmenti l-oħra konklużi jew ma ġewx ipprovati jew l-allegazzjoni kienet falza, inkella saru b’mod malizzjuż jew ma kinux jitrattaw abbuż.

Aqra aktar

Send this to a friend