Appell biex l-anzjani joqogħdu b’seba’ għajnejn meta jagħmlu prokura lil xi ħadd  

Il-kuntatt kontinwu tal-qraba mal-anzjani huwa kruċjali biex jekk ikun hemm xi sinjal t’abbuż, bħal bidliet fl-imġieba jew marki u grif, jinqabad kmieni.

F’webinar li sar bil-għan li jqajjem l-għarfien dwar l-abbuż fuq l-anzjani, diversi professjonisti minn setturi differenti qasmu l-għarfien tagħhom dwar dan il-fenomenu.

Il-Kap tal-Ħidma Soċjali fi ħdan id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva, Ilona Mercieca, spjegat kif is-suġġett tal-abbuż għall-anzjani huwa wieħed diffiċli u sensittiv immens.

Qalet, “Ħafna drabi, nies li jweġġgħu lill-anzjani jew jagħmlu abbuż mill-anzjani, tkun persuna ta’ fiduċja u allura l-anzjani l-iktar element komuni li nsibu jkun dak ta’ misthija. Għaliex ġrat dil-ħaġa lili? Biża’. Kif ħa nitkellem u ndur kontra l-persuna li suppost qiegħda tieħu ħsiebi?”Aqra aktar

Send this to a friend