Aaron Farrugia – Page 3 – One News

Progress kbir biex persuni jwaqqfu negozju ġdid

Miexi b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol fil-villaġġ tas-snajja’ f’Ta Qali fejn sa issa sar aktar minn 70% tax-xogħol fl-ewwel fażi ta’ dan il-proġett. Bix-xogħol ta’ infrastruttura u bini tat-toroq mistenni jitlesta f’Jannar tas-sena d-dieħla.

Ħabbar dan il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona f’konferenza tal-aħbarijiet li matulha elenka l-mizuri u l-proġetti mħabbra fil-budget 2019.Aqra aktar

‘Għal Ewropa aktar Soċjali’: Konsultazzjoni oħra mis-sensiela ‘Għid Tiegħek dwar l-Ewropa’

L-aġenda soċjali tal-Unjoni Ewropea kienet it-tema ewlenija ta’ konsultazzjoni pubblika organizzata mill-MEUSAC bis-sehem tal-Ministru għall-Affarjiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Aaron Farrugia. Din kienet il-ħames minn sensiela ta’ konsultazzjonijiet maċ-ċittadini li qegħdin isiru madwar l-UE fuq proposta tal-President Franċiż Emmanuel Macron biex dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jisimgħu aktar x’jaħsbu ċ-ċittadini Ewropej dwar x’tip ta’ Unjoni jridu.

Aqra aktar

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia jikkritika l-proposta inizjali tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-fondi Ewropej li Malta se tieħu wara l-2020

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia qal li l-fondi Ewropej li Malta se tieħu wara l-2020 għandhom jikkonsolidaw u jsostnu u mhux iwaqqfu jew ifixklu t-tkabbir ekonomiku li pajjiżna esperjenza fl-aħħar snin. Waqt konferenza mal-ministri responsabbli mill-politika ta’ koeżjoni u l-fondi Ewropej f’Budapest, is-Segretarju Parlamentari insista li l-proposta tal-Kummissjoni ma tikkonsolidax it-tkabbir ekonomiku li kiseb il-pajjiż.Aqra aktar

It-Teatru Manoel ser ikun jista’ jintuża wkoll fis-sajf

Investiment ta’ €1.3 miljun parzjalment minn Fondi Ewropej, fit-Teatru Manoel se jsarraf sabiet it-tielet l-aktar teatru antik fl-Ewropa jittellgħu produzzjonijiet artistiċi tul is-sena kollha.

Mibni fl-1731 mill-Gran Mastru Manoel de Vilhena li tah ukoll ismu, it-teatru ġie mgħammar b’sistema ta’ ventilazzjoni u akklimatizzazzjoni, li tikklimatizza l-arja skont l-istaġun.

Is-sistema taħdem billi tgħaddi ilma sħun jew kiesaħ mis-saqaf u mal-art, u se tgħin biex it-temperatura mixtieqa, il-livelli tal-umdità u l-kwalità tal-arja jinżammu kostanti matul is-sena kollha filwaqt li tillimita l-ġenerazzjoni tal-kurrenti tal-arja u l-ħsejjes fit-teatru.Aqra aktar

€47 miljun minn Fondi Ewropej għal inklużjoni ta’ persuni vulnerabbli fid-dinja tax-xogħol

L-Aġenżija Jobs Plus qed tibbenefika minn total ta’ €47 miljun minn Fondi Ewropej taħt il-programm Soċjali Ewropew 2014-2021 sabiex dawk inattivi u vulnerabbli jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għal Fondi Ewropej u d-Djalogu Soċjali Aaron Farruġa fil-Parlament waqt aġġornament fuq l-Aġenzija Jobs Plus.

Aqra aktar

ARA: Jiżdiedu l-fondi Ewropej għall-imsieħba soċjali

Matul l-2017 MEUSAC assistiet 87 għaqda mhux governattiva, entità tal-gvern u kunsill lokali jiksbu iktar minn €14-il miljun fondi Ewropej. Minnhom, 18% għaddew għal kunsilli lokali u għal għaqdiet Għawdxin. Dan ħareġ mill-ewwel rapport annwali ta’ MEUSAC bħala aġenzija, ippreżentat waqt laqgħa tal-Core Group ta’ MEUSAC.

Aqra aktar

Send this to a friend