Kienu bosta kanzunetti li sawrulna s-sena u taffew naqra mis-skiet itarrax li għexna minkejja li x-xena mużikali rat weġgħa ta’ qalb hekk kif il-purtieri tal-bellus għalqu għal kollox, l-udjenza baqgħet id-dar u l-mużika nstemgħet wara bibien magħluqa.Aqra aktar
Il-President ta’ Malta Dr. George Vella żvela li jekk ma kienx ser ikollu appoġġ ta’ żewġ terzi jew aktar fil-Parlament, huwa ma kienx ser jaċċetta l-kariga ta’ Kap tal-Istat.
Dr. Vella qal dan f’intervista waqt il-programm Follow Up u li ser tkun qed tixxandar illejla b’mod sħiħ fuq ONE fid-21:15.
Fi stqarrija, il-Gvern ippubblika l-abbozz ta’ liġi li jrid jemenda l-kundizzjonijiet marbuta mal-kisba tad-divorzju.
Fil-liġi tad-divorzju l-ġdida, il-Gvern qiegħed jipproponi li fejn il-partijiet ikunu diġà separati legalment, jiġifieri b’sentenza tal-Qorti jew b’kuntratt, m’għandu jkun hemm l-ebda perjodu ta’ żmien ta’ stennija sabiex persuna tkun tista’ tagħmel talba għad-divorzju.
Il-Ħamis filgħodu, l-għada ta’ qabda rekord ta’ droga kokaina, il-Ministru għall-Finanzi għamel żjara lill-ħaddiema tad-Dwana stazzjonati fil-Port Ħieles.
Id-Direttur Ġenerali tad-Dwana Joe Chetcuti spjega li s-sejba t’aktar minn sitt mitt kilogramma ta’ kokaina saret wara li l-ħaddiema li jevalwaw ir-riskju tal-kontainers iddentifikaw numru ta’ kontejners li seta’ kellhom xi llegalità.
Id-Dipartiment tad-Dwana se jkun qiegħed jirċievi offerti ssiġillati għal xiri ta’ diversi oġġetti f’kundizzjoni tali kwali, ġarr u tneħħija tagħhom, fosthom 48 lott ta’ inbejjed u xorb alkoħoliku, 22 lott ta’ skrataċ, 12-il lott ta’ ħwejjeġ, 17-il lott ta’ żraben, 6 lottijiet ta’ aċċessorji elettriċi, kif ukoll diversi lottijiet ta’ basktijiet tat-tfal, kutri, ħajt tal-ħjata, tazzi tal-plastik, sinkijiet tal-idejn u njam.
Hemm offrut ukoll dgħajsa Shaft 34 Sport u Kit Car Chassis.
Bernard Grech ma ddikjarax iżjed minn €32,000 fi dħul ġej talli kien iżomm f’daru studenti barranin li kienu jiġu f’Malta biex jistudjaw l-Ingliż.
Il-gazzetta Maltatoday irrappurtat dan l-aħħar żvilupp fis-saga li għandu l-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista ma’ tat-Taxxa.
Minn informazzjoni li kisbet il-Maltatoday jirriżulta li f’investigazzjoni minn tat-Taxxa, li saret sentejn ilu, Bernard Grech ma ddikjarax eluf ta’ ewro fi flus li daħħal fuq medda ta’ ħames talli kien iżomm għandu l-istudenti li kienu jiġu f’pajjiżna biex jistudjaw l-Ingliż.
Saħansitra din l-attività, li kienet sors ieħor ta’ dħul għal Bernard Grech, lanqas kienet irreġistrat mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Il-gazzetta qalet li l-investigazzjoni li anki kitbet dwarha t-Times, sabet li Bernard Grech ħa flus mill-istudenti talli qagħdu għandu.
Fil-Knisja ta’ San Publiju fil-Floriana ġiet inawgurata pittura ġdida fil-Kappellun tar-Rużarju, li jinsab fin-naħa tax-xellug tal-artal.
Dawn il-pitturi f’din il-parti tal-Knisja huma x-xogħol tal-artist Għawdxi John Grima, li tirrapreżenta lil San Publiju f’żewġ ġrajjiet fil-ħajja tiegħu. L-akbar pittura f’din Kappellun turi x-xena meta San Pawl wasal f’Malta u ngidem mil-ligħfa, filwaqt li pittura oħra turi meta San Pawl fejjaq lil missier San Publiju.
Fis-sentejn li ġejjin, il-prodott domestiku gross ta’ pajjiżna se jikber bit-tbassir ekonomiku ferm aħjar minn dak tal-pajjiżi oħra fiż-żona ewro.
Dan sostnih il-Bank Ċentrali ta’ Malta fejn ta dettalji tal-prospetti għall-ekonomija Maltija sal-2022.
Il-Bank Ċentrali spjega li fit-tieni kwart, waqt il-pandemija, ġie rreġistrat tnaqqis fl-andament ekonomiku iżda fit-tielet kwart hemm sinjali ta’ stabbilizzazzjoni.