2019 – Page 27 – One News

Notifiki

L-Ajruport ibassar li se jgħaddu 7 miljun passiġġier fl-2019

Il-sena li għaddiet l-ajruport internazzjonali ta’ Malta kellu żieda ta’ aktar minn 13% fil-passiġġieri, bil-Kap Eżekuttiv tal-MIA, Alan Borg jinnota li x-xhur tax-xitwa kibru b’pass aktar mgħaġġel mill-eqqel tas-sajf.

Is-Sur Borg qal li s-sena li għaddiet intlaħaq rekord ġdid għall-ajruport meta għaddew minnu aktar minn sitt miljun u tmien mitt elf passiġġieri u kiser ir-rekord milħqu fl-2017.Aqra aktar

Il-metodu tan-negozjati tal-Brexit kien difetuż

Il-metodu tan-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-Brexit kien difettuż. L-UE messha l-ewwel staqsiet lir-Renju Uniti x’tip ta’ relazzjonijiet riedet mal-UE bħala kwistjoni ta’ prinċipju u ta’ politika. Kien ikun aħjar li l-UE indikat x’tip ta’ relazzjoni kienet tkun aċċettabbli għaliha u kien jinstab ftehim fuq din il-bażi.

Aqra aktar

Il-Kokaina tibagħtu 10 snin ħabs u tiswieħ multa ta’ €25,000

David Castillo Rafael mill-Bolivja weħel 10 snin ħabs u multa ta’ €25,000 wara li wieġeb li hu ħati ta’ importazzjoni u traffikar tad-droga.

Din id-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Il-qorti ordnatlu wkoll iħallas is-somma ta’ €4,273.70 għall-ispejjeż tal-Qorti.

Erba’ snin ilu Chanelle ta’ 22 sena marret tiltaqa’ mal-Mulej imma t-tbissima tagħha għadha tgħix

Kien propju bħal-lum 4 snin ilu meta saret l-aħħar tislima lil Chanelle Bezzina; tfajla ta’ 22 sena min-Naxxar.

Il-Knisja Arċipretali ta’ Marija Bambina fin-Naxxar ftit jiem wara fit-18 ta’ Jannar kienet ippakkjata b’nies kollha qalbhom sewda, li l-anġlu tat-tbissim ħalliet din id-dinja. Il-Knisja kienet armata bi bżieżaq roża u bosta kantanti li tant kienet tħobb issegwi Chanelle, ġew ituha l-aħħar tislima b’leħinhom.

4 snin wara, ommha Simone kitbet fuq facebook tfakkar il-memorja tagħha kif ukoll turi li l-vojt li ħalliet jibqa’ jinħass għal dejjem.

Iżda Chanelle kellha tbissima speċjali; tbissima li għadha tgħix u li tagħti kuraġġ lil kull min għaddej minn toqol partikolari fil-ħajja speċjalment dawk li jsofru minn mard bħal kanċer; marda li hi rnexxielha tirbħilha.

Jinqabad jisraq minn ħanut tas-sushi f’San Ġiljan

Raġel instab ħati li daħal jisraq minn ħanut tas-Sushi f’San Ġiljan u li kien qed iġorr armi mingħajr liċenzja. Joseph Anthony Cini ta’ 49 sena inqabad fuq filmat minn kameras tas-sigurtà li fid-9 t’April 2012, flimkien ma’ persuna oħra, sgassa l-bieb tal-bejt tal-ħanut u daħal jisraq safe li fih huwa kkalkulat li kien hemm ‘il fuq minn €10,000.

Dan filwaqt li l-armi nstabu fil-pussess ta’ Cini meta saret tfittxija fir-residenza tiegħu.  Alfred Mazzitelli, ħaddiem fil-ħanut kien akkużat b’kompliċità fis-serqa u minkejja li kien ilu jaf lil Cini, kien ċaħad li jaf lill-ħallelin meta rahom fuq il-filmat.

Il-Qorti qalet li l-akkużi kontra Cini kienu ġew ippruvati, filwaqt li dawk fil-konfront ta’ Mazzittelli, le. Għaldaqstant, Mazzitelli inħeles mill-akkużi miġjuba kontrieh filwaqt li Cini kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Huwa tpoġġa wkoll taħt ordni ta’ superviżjoni għal sentejn, u kellu l-armi konfiskati.

Send this to a friend