10 logħbiet sospenzjoni għal kowċ ta’ Ħamrun Giovanni Tedesco

Il-Kowċ ta’ Ħamrun Spartans Giovanni Tedesco ġie sospiż 10 logħbiet hekk kif il-kummissarju tad-dixxiplina ħabbar is-sospenzjonijiet tiegħu. Il-kumplament tal-plejers u amministraturi li ġew sospiżi huma dawn:-

Andrew Scicluna (Fgura Utd) – logħba
Manuel Bartolo (Hamrun Spartans) – żewġ logħbiet
Gaetano Farrugio (Hamrun Spartans) – logħba
Edward Calleja (Tarxien Rainbows) – logħba
Matthew Spiteri (Tarxien Rainbows) logħba

Gvern li tejjeb il-kwalità tal-għajxien

Fi stqarrija għall-Istampa maħruġa mill-kandidata Laburista għall-Parlament Ewropew, Lorna Vassallo, hi tkellmet dwar kif il-kwalità tal-ħajja f’pajjiżna marret ’il quddiem grazzi għall-bosta miżuri favur il-bieżel li introduċa l-gvern.

Aqra aktar

Marlene Mizzi: L-MEPs għandhom jaħdmu dejjem fl-interess taċ-ċittadini tagħhom u ta’ pajjiżhom

Waqt id-diskussjoni pubblika “L-Ewropa fis-Suq mal-MEPs Maltin” l-Ewroparlamentari Marlene Mizzi saħqet li l-MEPs għandhom jaħdmu dejjem fl-interess taċ-ċittadini u tal-pajjiż. L-attività, imtellgħa mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta u l-MEUSAC fis-Suq tal-Belt, laqqgħet MEPs Maltin, kandidati għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew  u l-pubbliku.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Il-Fiera Nazzjonali ‘Choice of Subjects’

Bħalissa għaddejja l-Fiera Nazzjonali ‘Choice of Subjects’ li hija mmirata għal tfal tat-tieni sena fl-iskejjel sekondarji. Permezz ta’ din il-fiera li għaliha qed jattendu mal-2,000 tifel u tifla, dawn l-istudenti ser ikunu jistgħu jiskopru b’mod aħjar 28 suġġett differenti- permezz ta’ pariri professjonali mingħand nies li huma mħarġa f’dan il-qasam.

Aqra aktar

Send this to a friend