2018 – Page 142 – One News

Notifiki

Ara: It tieġ ta’ Harry u Markle bir-ritratti

Uħud mill-mistiedna tat-tieġ rjali ħasbu għall-ikel huma

Mhux il-mistednin kollha li qed jidhru fuq it-televiżjoni ser jieklu mill-ikel li hemm lest fit-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle.

B’kollox hemm mawdar 2,000 mistiedna imma mhux kollha mistiedna direttament għat-tieġ.

Hemm minnhom li huma mistiedna biex isegwu biss mill-ġonna tal-madwar. Huma dawk li qegħdin fil-Kappella ta’ San Ġorg biss li ser jieklu fit-tieġ, iżda l-kumplament kellhom jaħsbu huma.

DIRETT: Segwu t-tieġ tal-Prinċep Harry ma’ Meghan Markle

Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, il-Prinċep Harry u l-artista Meghan Markle mistennija jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ.

Bosta telespetatturi minn madwar id-dinja qed isegwu dan l-avveniment minħabba l-popolarità tal-familja rjali tal-Ingilterra.

Għalkemm fil-passat kien hemm ukoll xi kontroversji mal-familja rjali speċjalment fir-rigward tal-Prinċipessa tant maħbuba Diana, xorta waħda l-familja rjali baqgħet popolari u tista’ tgħid ukoll, maħbuba sew.

Malta għanda rabtiet ħelwin mal-familja rjali preżenti, primarjament minħabba li r-Reġina Eliżabetta għexet f’pajjiżna u għadha ssemmieha sal-lum bħala l-post favorit tagħha barra pajjiżha.

Mhux biss, Meghan Markle ukoll żaret pajjiżna u ftit ilu libset ukoll l-ilbies tradizzjonali; l-għonella waqt sessjoni ta’ fotografija. Markle għanda għeruq Maltin.

L-Avukat Ġenerali Peter Grech jinħatar f’kariga Ewropea

 

L-Avukat Ġenerali Peter Grech inħatar Viċi-President tan-Network ta’ Prosekuturi Ġenerali fil-Qrati Supremi jew Istituzzjonijiet Ekwivalenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Il-ħatra saret waqt il-laqgħa annwali ta’ dan in-Network li saret f’Pariġi fis-17 u fit- 18 ta’ Mejju 2018.

Aqra aktar

Servizz pubbliku għalik

‘X’hemm isbaħ minn servizz pubbliku li jaqdik meta tiġi bżonnu’. Dan huwa kliem is-Segretarju Permanenti Ewlieni s-Sur Mario Cutajar hekk kif dalgħodu indirizza lill-uffiċjali pubbliċi fit-tmexxija tas-servizz pubbliku matul il-konferenza annwali bħala parti mill-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku 2018. Kliem li fih ħafna x’tixtarr għaliex jixhed ix-xogħol li sar f’dawn l-aħħar ħames snin fit-titjib fil-kwalità tas-servizz li jirċievi ċ-ċittadin.

Aqra aktar

ARA: Vidjo mużikali ta’ Mike Williams jinġibed f’Kemmuna

Il-Kantant Mike Willemsen magħruf aħjar bħala Mike Williams li huwa dj popolari Olandiż u anke produttur tal-mużika għadu kif nieda kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Give It Up bil-filmat kollu jinġibed fil-lukanda ta’ Kemmuna.

Fil-filmat, l-atturi kollha li jidhru huma Maltin, uħud minnhom anke mudelli professjonali lokali.

Il-Prodozzjoni hija ta’ Spinnin’ Records. Williams huwa magħruf l-aktar bil-ħidma tiegħu ma’ Tiesto.

 

 

Aġġornat (4): Libjan ta’ 26 sena jinqatel b’oġġett iebes fil-Ħamrun – instab bid-demm ħiereġ minn ħalqu

Fis-sigħat li ġejjin il-Pulizija mistennija tressaq il-qorti żewġ Libjani u tixlihom bil-qtil ta’ Libjan ieħor fil-Ħamrun. Il-vittma Mahmoud Elmejdi, żagħżugħ ta’ sitta u għoxrin sena tilef ħajtu l-Ħamis għall-ħabta tas-7.30 p.m. kawża tax-xebgħa li qala’.

L-arrest seħħ wara li ġie elevat filmat fil-madwar meħud minn kameras tas-sigurtà fejn minn hemm bdiet it-tfittxija għall-aggressuri.

Aqra aktar

Send this to a friend