2018 – Page 140 – One News

Notifiki

Illum iċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita tal-impossibbli fil-Belt Valletta

Illum qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Santa Rita ta’ Cascia fil-knisja Agostinjana fil-Belt Valletta.

Din il-qaddisa hija magħrufa bħala l-qaddisa tal-impossibbli. Hija wkoll protettriċi tan-nisa abbużati u anke tar-romol. Santa Rita mietet fit-22 ta’ Mejju tal-1457.

Aqra aktar

Ġurnalist Amerikan iżur l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta

Richard Lui, ġurnalist Amerikan żar l-Istitut tal-Arti Kreattiva tal-MCAST fil-Mosta, bl-għan li jkellem lill istudenti tal-medja u l-gurnalizmu, fuq l-impatt tal-istejjer tagħhom.

Lui li għandu esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu iddiskuta ħafna mal-istudenti li qed jistudjaw il-Bacellerat fil-Gurnalizmu, fuq l-isfidi li qed jiffaċċja l-ġurnaliżmu fil-ġurnata tal-lum, fosthom it-thedida ta’ ahbarijiet minn sorsi mhux kredibbli.

Aqra aktar

L-Ispeaker iwieġeb ilmenti dwar petizzjoni online

Fi stqarrija uffiċjali mill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia intqal li saret referenza għall-ilmenti li dehru fuq is-social media u fil-ġurnali online permezz ta’ iffirmar ta’ petizzjoni favur il-protezzjoni tal-embrijun li bħalissa tinsab miftuħa għall-firem fuq is-sit elettroniku tal-Parlament.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Proġett ta’ €55 miljun biex itejjeb is-sistema tat-traffiku fiċ-ċentru ta’ Malta

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg ħabbar proġett ta’ €55 miljun b’ko-finanzjament minn fondi Ewropej biex ittejjeb is-sistema tat-traffiku fiż-żona ċentrali ta’ Malta, dik ta’ bejn l-Imrieħel u l-Mosta – żona li ta’ kuljum tara mat-30,000 vettura. Il-proġett għandu l-għan li jaqta’ bin-nofs il-ħin tal-ivvjaġġar fil-qalba tal-pajjiż, mill-Imrieħel, Triq l-Imdina f’Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard sar-roundabout tat-telgħa tas-Saqqajja li tgħaqqad Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, il-Mosta u l-Imġarr.

Aqra aktar

L-attriċi Meghan Markle ssir parti mill-familja rjali

 

 

Fost iċ-ċelebrazzjoni tal-eluf, il-kappella ddedikata lil San Ġorġ fil-kastell Windsor kienet il-post fejn il-Prinċep Harry u Megan Markle inagħaqdu fiż-żwieġ.

It-toroq madwar il-kastell Windsor ġew imżejna b’numru kbir ta’ bnadar tar-Renju Unit fejn folol kbar ta’ nies laqgħu b’ferħ dan iż-żwieġ irjali.

Aqra aktar

Send this to a friend